Ma kinitx telefonata mill-Papa

Print Friendly, PDF & Email

Is-Soru Angel Bipendu kellha telefonata f’Sibt il-Għid minn xi ħadd li qal li hu l-Papa Franġisku u rringrazzjaha għall-kura tagħha mal-pazjenti tal-coronavirus. Suor Angel hi mill-Congo, tabiba fil-frontline tal-epidemija fir-reġjun tal-Lombardija.

Capture

Min ċempel ikkumplimentaha għal dak li qed tagħmel għall-fidi tagħha u qalilha li jixtieq jiltaqa’ magħha wara l-pandemija. Mhux veru li kien il-Papa, imma interessanti x-xhieda ta’ din is-soru. Qalet: “Meta mmur inżur il-pazjenti, għall-ewwel jiskantaw bija għax jaraw li m’inix tabiba tradizzjonali. Imbagħad nintroduċi ruħi u ngħidilhom li jien wkoll Soru. L-attitudni tagħhom tinbidel f’waħda pożittiva.

https://catholicherald.co.uk/updated-call-claiming-to-be-pope-was-a-prank-sister-says/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.