Il-Ferħ li m’għandniex nitilfu

Print Friendly, PDF & Email

Meta nħares lura lejn ħajti, niftakar li ħafna mit-tfal kienu mdorrijin li jqerru kull nhar ta’ Sibt. Min-naħa tagħna, għal xi l-erbgħa ta’ filgħaxija konna konna mmorru l-knisja ta’ Sarrija, il-Furjana, nodfa u lebsin puliti wara ġurnata ta’ logħob u ġiri. Darba minnhom kien hemm tifel, li ma kienx soltu jiġi jqerr hemmhekk. Kif lesta, għadda minn ħdejna, għa konna noqog]du fi kju’, u qalilna: “Kemm qed inħossni ferħan!”

Arcabas Iben il-Hali
‘L-Iben il-Hali’, pittura ta’ Arcabas

Dan it-tifel esprima l-ferħ ta’ meta jkollna xi ħaġa ttaqqalna u neħilsu minnha. Dan kien tifel, jiġifieri ma kellu wisq toqol ta’ ħtija. Imma meta tikber, tħoss iktar kif l-istqarrija sinċiera fil-Qrar tħaffiflek qalbek. Għax il-Qrar fih l-element tal-ferħ mill-ġdid.

It-tliet parabboli li nsibu fil-Vanġelu ta’ San Luqa, kapitlu 15, juruna biċ-ċar din il-veritaà. Huma l-parabboli (i) tal-Iben il-Ħali, (ii) tan-nagħġa l-mitlufa u (iii) tal-munita l-mitlufa. Jgħinuna nifhmu l-ferħ ta’ Alla meta jsib dak li kien mitluf. Bħar-ragħaj, bħall-mara u bħall-missier, Alla qatt ma jieqaf milli jinkwieta għall-kreaturi tiegħu. U, fil-każ tal-Iben il-Ħali, il-missier imur fuq ibnu hu stess biex jilqgħu meta ġie lura d-dan. Dak li nstab, fit-tliet parabboli, ġie mogħti ‘festa’.

Dawn huma l-espressjonijiet ta’ ferħ, li jissemmew sitt 6 darbiet:

  • “jerfagħha fuq spellejh ferħan;
  • Ifirħu miegħi għax sibt in-nagħġa l-mitlufa”;
  • Ifirħu miegħi għax sibt id-drakma li kont tlift”;
  • “Ikun hemm ferħ qalb l-anġli”;
  • “Ġibu l għoġol ħa nieklu u nifirħu;
  • “Jeħtieġ li nifirħu u nithennew għax dak li kien mitluf, instab”.

Dan kollu għax inkunu tlifna l-ferħ ta’ qabel. Qabel ma Alla jitlifna u jsibna, diġà jkun daħħalna fl-imħabba tiegħu bil-Magħmudija. Il-ferħ ta’ meta ‘rġajna lura’ , li ‘sabuna’ hu sinjal li qabel konna f’sitwazzjoni tajba: nagħġa mar-ragħaj, drakma merfugħa fil-kexxun u iben fil-kenn tad-dar taħt il-ħarsien ta’ missieru. Dawn ifissru l-istat tal-grazzja, li jintilfu bid-dnub sakemm jiddispjaċina li nkunu dħalna f’dak l-istat u jkollna fehma li ma nerġgħux.

U hawn jidħol il-Qrar, li f’dawn iċ-ċirkustanzi nkunu nixtiequ li minn żmien għal ieħor nieħdu l-maħfra mis-Saċerdot imma għalissa mhux possibbli. Il-Papa serrħilna moħħna li d-dnub tagħna jinħafer billi nagħmlu ndiema u nkunu nixtiequ li meta nkunu nistgħu nieħdu sehem mill-Qrar.

Santa Tereża ta’ Lisieux kienet tgħid: “Kollox hu grazzja.” Sibna ruħna mxennqa għal-ħafna affarijet li sa xahar ilu lanqas konna nagħtu każhom, jew ma konniex ngħożżuhom daqshekk, fosthom is-Sagramenti. Imma jekk Alla jrid, se jkollna l-ferħ tagħhom mill-ġdid. Ġesù assigurana li se jagħtina l-veru ferħ: “Għidtilkom dan bix il-ferħ tiegħi jkun fikom, u l-ferħ tagħkom ikun sħiħ.” (Ġw 15, 11)

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.