Possibbilta’ li jinfetħu l-knejjes fil-Ġermanja

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġermanja se toħroġ set ta’ linji-gwida għas-servizzi reliġjużi fi żmien il-pandemija tal-coronavirus, b’lista ta’ restrizzjonijiet fosthom li ma jkunx hemm kor tal-kant fil-knejjes.

Infetħu ħwienet żgħar, bħal dawk fejn isewwu r-roti u garaġijiet għall-ħasil tal-karozzi imma l-knejjes għadhom magħluqin. Mexxejja reliġjużi esprimew l-importanza tal-għixien spiritwali għal ħafna nies f’dan iż-żmien. Il-kundizzjoni li ma jkunx hemm kant flimkien fil-knejjes hi minħabba n-numru konsiderevoli ta’ infezzjonijiet f’membri ta’ xi korijiet.

https://www.theguardian.com/world/2020/apr/29/germany-to-set-out-rules-for-religious-services-including-singing-ban

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading