Kelma tal-Ħajja. Mejju 2020


“Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom” (Ġw 15,3).

Wara l-aħħar ċena mal-appostli, Ġesù ħareġ miċ-Ċenaklu u beda miexi lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Miegħu kellu l-Ħdax: Ġuda l-Iskarjota kien ġa telaq u ftit tal-ħin wara kien se jittradih.

Dak kien mument drammatiku u solenni. Ġesù għamel diskors twil għax lil ħbiebu ried jgħidilhom affarijiet importanti, huwa u jsellmilhom għall-aħħar darba. Ried jgħidilhom kliem li jibqgħu jiftakruh.

L-appostli kienu Lhud u kienu jafu l-Iskrittura. Ġesù fakkarhom fi xbieha li huma kienu midħla sew tagħha: id-dielja. Fil-Kotba Mqaddsa, id-dielja tirrappreżenta lill-poplu Lhudi, li Alla tant ħa ħsiebu bħalma jagħmel bidwi tal-affari tiegħu. F’dan il-mument, Ġesù 1 kien qed ikellimhom fuqu nnifsu; qabbel lilu nnifsu ma’ dik id-dielja li minnha toħroġ il-ħajja kollha mħabba tal-Missier għad-dixxipli tiegħu. Għalhekk, kien meħtieġ li huma jibqgħu magħqudin ħaġa waħda Miegħu.

“Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom”.

Mod kif nibqgħu magħqudin ma’ Ġesù hu li nilqgħu Kliemu. Permezz tal-Kelma, Alla jista’ jidħol f’qalbna biex “isaffiha”, jiġifieri Hu jista’ jeħles lil qalbna mill-egoiżmu, biex hekk tagħti frott abbundanti u bnin.

Il-Missier tagħna jħobbna u jaf aktar minna x’neħtieġu biex inkunu ħielsa u nimxu mingħajr it-toqol żejjed tar-rabtiet tagħna, tal-ġudizzji negattivi, tal-ġirja kontinwa biex infittxu dak li jaqblilna, u nżommu ‘l kollox u ‘l kulħadd taħt il-kontroll tagħna. F’qalbna nsibu wkoll xewqat u proġetti pożittivi, iżda li jistgħu jieħdu post Alla u ma jħalluniex ngħixu b’ħ eġġa l-ħajja tal-Vanġelu. Għalhekk, Hu jidħol f’ħ ajjitna permezz taċ-ċirkustanzi, u jippermetti wkoll li ngħaddu mit-tbatija, li warajha hemm dejjem il-ħarsa ta’ mħabbtu.

U l-frott mill-aktar bnin li jwiegħed il-Vanġelu ‘l dawk li jħallu l-imħabba t’Alla tinfed f’ħ ajjithom hu l-milja tal-ferħ 2. Dan hu ferħ speċjali li jimla ‘l qlubna u jfawwar fuq dawk ta’ madwarna, anki meta nxerrdu d-dmugħ tan-niket. Hu ferħ li bih induqu minn qabel il-qawmien mill-imwiet.

“Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom”.

lelmaMeta aħna ngħixu l-Kelma, noħorġu barra minna nfusna biex mimlijin bl-imħabba nilqgħu ‘l ħutna, ibda minn dawk ta’ madwarna: fl-ibliet tagħna, fil-familja u kulfejn inkunu. B’hekk nibnu ħbiberija li tinseġ xibka ta’ rabtiet pożittivi, illi f’moħħna nżommu dejjem li rridu nħobbu ‘l xulxin b’imħabba li tibni dinja li fiha l-bnedmin jgħixu lkoll bħala aħwa ta’ xulxin.

Dwar din il-Kelma mill-Vanġelu ta’ San Ġwann, Chiara Lubich kitbet hekk: “Mela, kif għandna ngħixu anki aħna biex ikun jistħoqqilna kliem ta’ tifħir mingħand Ġesù? Irridu ngħixu kull Kelma ta’ Alla, nitrejqu biha kull mument, filwaqt li kontinwament nagħmlu minn ħajjitna opra ta’ rievanġelizzazzjoni, jiġifieri f’ħ ajjitna dejjem ngħixu dak li jgħidilna l-Vanġelu. Jekk nagħmlu hekk ikollna l-istess ħsibijiet u sentimenti ta’ Ġesù, biex ngħixuH f’ħ ajjitna, biex nuru s-safa t’Alla, it-trasparenza li jagħtina l-Vanġelu, lil din is-soċjetà mtebbgħa bil-ħażen u d-dnubiet.

Imbagħad, matul dan ix-xahar, jekk ikun possibbli (jiġifieri jekk l-oħrajn ikunu tal-istess fehma  tagħna), ejjew ngħixu b’mod partikulari dik il-Kelma li tesprimi l-kmandament tal-imħabba lejn xulxin. Infatti, kif jgħid l-evanġelista San Ġwann, jekk inħobbu ‘l xulxin ngħixu kliem Ġesù bl-effetti kollha li jħallu fina: nissaffew, nitqaddsu, nindafu min-nuqqasijiet tagħna, nagħmlu l-frott, nersqu aktar qrib t’Alla. Il-bniedem maqtugħ għalih waħdu m’għandux ħila jirreżisti fit-tul għat-tentazzjonijiet tad-dinja, filwaqt li jekk inħobbu ‘l xulxin inkunu mdawra minn ambjent b’saħħtu li kapaċi jħarsilna ħajja nisranija awtentika” 3.

Letizia Magri

1: Ara Ġ w 15, 1-2.

2: Ara Ġ w 15, 11.

3: C. Lubich, Parola di Vita, Mejju 1982, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5; Città Nuova, Ruma 2017), p. 237.

Ara ħarġiet oħra tal-2020 … https://laikosblog.org/category/kelma-tal-hajja/

Ara ħarġiet oħra tas-snin ta’ qabel … http://laikos.org/Kelma_Hajja.htm

 

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.