L-Erbgħat tal-Madonna f’Ta’ Pinu

Print Friendly, PDF & Email

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Mejju jibdew l-Erbgħat bi tħejjija għall-Festa tal-Assunta. Din is-sena ser ikunu Erbgħat b’differenza minħabba ż-żmien tal-pandemija li qed ngħixu. Għalhekk iċ-ċelebrazzjonijiet kollha f’dawn l-Erbgħat ser ikunu mxandra fuq il-midja soċjali (Facebook u YouTube) tad-Djoċesi ta’ Għawdex u tas-Santwarju Ta’ Pinu.

Biex nevitaw li fis-Santwarju jinġabru gruppi kbar ta’ nies, xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu matul il-ġurnata ser tkun esposta fuq barra quddiem il-bieb il-kbir. Is-Santwarju jiftaħ għat-talb personali bejn 9.30am – 11.00am u 4.30pm – 5.30pm.

Il-ħsibijiet ta’ din is-sena ser ikunu marbutin mat-tifsira tal-Ave Maria, it-talba Marjana l-aktar komuni li ntennuha tant drabi wkoll fir-Rużarju Mqaddes.

Ix-xandiriet fl-Erbgħat tal-Madonna ser ikunu hekk:

Poster Erbghat 2020

8.30 am: Quddiesa bil-ħsieb tal-ġurnata u Adorazzjoni fis-skiet sal-10.30 am.

6.00 pm: Rużarju rrekordjat mill-familji tat-tfal tal-iskejjel u l-għaqdiet.

6.30 pm: Quddiesa bil-ħseib tal-ġurnata, Adorazzjoni fis-skiet.

7.30 pm: Talb ta’ filgħaxija u Barka Sagramentali.

Fit-8.30 pm u fl-10.00 pm fuq iz-zuntier jixxandar Rużarju rrekordjat għal min irid isegwih minn ġol-karrozza tiegħu.

Fil-ftuħ tal-Erbgħat, fis-6 ta’ Mejju, fil-5.30 pm, sa tixxandar ukoll Ċelebrazzjoni Marjana mħejjija mill-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof.

Importanti: Inħeġġukom biex nobdu r-regolamenti billi nżommu d-distanza meħtieġa u ma ninġabrux fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: