35. Il-kontenut fil-kmandament “la tikkommettix adulterju”

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 13/08/1980.

1. L-analiżi tal-affermazzjoni ta’ Kristu matul id-Diskors tal-muntanja, affermazzjoni li tirreferi għall-“adulterju”, u għax-“xewqa” li huwa jsejjaħ “adulterju mwettaq fil-qalb”, hemm bżonn li niżvolġuha billi nibdew mill-ewwel kelmiet.

Kristu jgħid: “Fhimtu dak li ntqal: La tikkommettix adulterju…” (Mt 5,27). Huwa għandu f’moħħu l-kmandament ta’ Alla, dak li fid-Dekalogu jinsab fis-sitt post, u jagħmel parti mill-hekk imsejħa tieni Tavla tal-Liġi, li Mosè kien kiseb mingħand Alla-Jahwe.

Inpoġġu minn l-ewwel ruħna mill-punt di vista tas-semmiegħa diretti tad-Diskors tal-Muntanja, ta’ dawk li semgħu l-kliem ta’ Kristu. Huma huma ulied irġiel u nisa tal-poplu magħżul – poplu li mingħand Alla-Jahwe nnifsu – kien irċieva l-“Liġi”, kien irċieva wkoll il-“Profeti” li ripetutament, tul is-sekoli, kienu ċċensuraw propju r-rapport miżmum ma dik il-Liġi, il-ksur multiplu tagħha. Kristu wkoll jitkellem dwar ksur simili. Imma iktar minn hekk Huwa jitkellem dwar tali nterpretazzjoni umana tal-Liġi, li fiha jitħassar u jgħib is-sinifikat ġust tat-tajjeb u tal-ħażin, speċifikament mixtieq mil-Leġiżlatur Divin. Infatti l-liġi hija fuq kollox mezz, mezz indispensabbli sabiex “teċċella l-ġustizzja” (kliem ta’ Mattew 5,20, fit-traduzzjoni l-antika). Kristu jrid li tali ġustizzja “tissupera dik tal-Iskribi u tal-Fariżej”. Huwa ma jaċċettax l-interpretazzjoni li tul is-sekoli huma taw lill-kontenut awtentiku tal-Liġi, minħabba li huma ssottomettew sa ċertu punt tali kontenut, jew aħjar id-disinn u r-rieda tal-Leġiżlatur,  għad-dgħufijiet varji u għal-limiti tar-rieda umana, ġejjin appuntu mill-konkupixxenza tripla.  Din kienet waħda mill-interpretazzjonijiet każistiċi, li kienet superimposta għall-viżjoni oriġinarja tat-tajjeb u tal-ħażin, marbuta mal-Liġi tad-Dekalogu. Jekk Kristu jxaqleb lejn it-trasformazzjoni tal-ethos, dan jagħmlu fuq kollox biex jirkupra ċ-ċarezza fondamentali tal-interpretazzjoni: “La taħsbux li jiena ġejt biex nelimina l-Liġi u l-Profeti; ma ġejtx biex nelimina imma biex inwettaq” (Mt5,17). Il-kundizzjoni tat-twettiq huwa l-fehim ġust. U dan japplika, fost oħrajn, għall-kmandament: “la tikkommettix adulterju”.

2. Min isegwi fil-paġni tat-Testment il-Qadim l-istorja tal-poplu magħżul miż-żminijiet ta’ Abraham, isib kemm jixtieq fatti li jixhdu kif dan il-kmandament kif kien ipprattikat u kif, wara tali prattika ġiet elaborata l-interpretazzjoni każistika tal-liġi. Qabel xejn kien magħruf li l-istorja tat-Testment il-Qadim hija tejatru tal-abbandun sistematiku tal-monogamija:  minħabba  l-fehim tal-projbizzjoni: “la tikkommettix adulterju”, kellu jkollu sinifikat fondamentali. L-abbandun tal-monogamija, speċjalment fiż-żmien tal-Patrijarki, kien iddettat mix-xewqa tal-ulied, numru kbir ta’ wlied. Din ix-xewqa kienet hekk profonda, u l-prokreazzjoni, bħala fini essenzjali taż-żwieġ kienet hekk evidenti, li n-nisa, li kienu jħobbu lil żwieġhom, meta ma kinux ikunu jistgħu jagħtuhom l-ulied, kienu jitolbu minn jeddhom lil żwieġhom li minnhom kienu jkunu maħbuba, biex ikunu jistgħu jieħdu “fuq il-propja rkupptejhom”, biex inkunu preċiżi biex jilqgħu l-ulied mogħtija l-ħajja minn mara oħra, per eżempju mill-qaddejja, jiġifieri mill-iskjava. Hekk ġara fil-każ ta’ Sara rigward Abraham (cf. Ġen 16,2), jew inkella fil-każ ta’ Rakele rigward Ġakobb (cf. Ġen 30,3).

Dawn iż-żewġ rakkonti jirriflettu il-klima morali li fiha kien ikun ipprattikat id-Dekalogu. Ipinġu l-mod li fih l-ethos Iżraelit kien imħejji biex jilqà il-kmandament “la tikkommettix adulterju”, u liema applikazzjoni kien isib tali kmandament fit-tradizzjoni l-iktar antika ta’ dan il-poplu. L-awtorità tal-patrijarki kienet, infatti, l-iktar għolja f’Iżrael u kienet tippossiedi karattru reliġjuż. Kienet marbuta b’mod strett mal-Allejanza u mal-Wegħda.

3. Il-kmandament “la tikkommettix adulterju” ma bidilx din it-tradizzjoni. Kollox jindika li Żvilupp ulterjuri tiegħu ma kienx jillimitalu l-mottivi (pjuttost eċċezzjonali) li kienu ggwidaw l-imġieba ta’ Abraham u Sara, jew ta’ Ġakobb u Rakele. Jekk nieħdu bħala eżempji ir-rappreżentanti l-iktar illustri ta’ Iżrael wara Mosè, is-slaten ta’ Iżrael David u Salamun, id-dekrizzjoni ta’ ħajjithom tixhed l-istabilizzazzjoni tal-poligamija effettiva, u dan bla ebda dubju ta’ xejn għal mottivi ta’ konkupixxenza .

Fl-istorja ta’ David, li minkejja li kellu iktar minn mara waħda, kellu jolqot mhux biss il-fatt li jieħu l-mara ta’ sudditu tiegħu, imma wkoll il-kuxjenza ċara li wettaq adulterju. Dan il-fatt, l-istess bħall-penitenza tas-sultan, jinsabu deskritti b’mod dettaljat u suġġestiv (cf. 2Sam 11,2-27). B’adulterju nifhmu biss il-pussess tal-mara ta’ ħaddieħor, imma mhux il-pussess ta’ nisa oħra bħala nisa tiegħek maġemb l-ewwel waħda. It-tradizzjoni kollha tal-Allejanza Antika tindika li għall-kuxjenza tal-ġenerazzjonijiet sussegwenti fil-poplu magħżul. Għall-ethos tagħhom qatt ma waslet l-esiġenza effettiva tal-monogamija, bħala implikazzjoni essenzjali u indispensabbli tal-kmandament “la tikkommettix adulterju”.

4. Fuq dan l-isfond hemm bżonn ukoll li nifhmu l-isforzi kollha li jimmiraw biex jintroduċu l-kontenut speċifiku tal-kmandament “la tikkommettix adulterju” fil-kwadru tal-leġislazzjoni mxandra. Dan jikkonfermawh il-Kotba tal-Bibbja, li fihom tinsab irreġistrata fil-wisgħa l-għaqda  tal-leġiżlazzjoni antik-testamentarja. Jekk nieħdu in konsiderazzjoni l-ittra ta’ tali leġislazzjoni, jirriżulta li hija tissielet mal-adulterju b’mod deċiż u mingħajr konsiderazzjoni, waqt li tuża meżżi radikali, inkluża l-piena tal-mewt (cf. Lv 20,10; Dt 22,22). Dan però tagħmlu waqt li ssostni l- poligamija effettiva, anzi tillegalizzaha pjenament, almenu b’mod indirett. Hekk mela l-adulterju huwa missielet biss fil-limiti determinati u fl-ambitu tal-premessi definittivi, li jfasslu l-forma essenzjali tal-ethos antik-testamentarju.

B’adulterju wieħed jifhem qabel xejn (u forsi b’mod esklussiv) l-infrazzjoni tad-dritt ta’ propjetà tar-raġel fir-rigward ta’ kull mara li hija l-propja martu legali (is-soltu: waħda fost ħafna); ma jinftiehemx minflok l-adulterju kif jidher mill-punt tal-ħajja tal-monogamija stabbilita mill-Ħallieq. Issa nafu li Kristu għamel referenza għall-“bidu” propju rigward dan l-argument (cf. Mt 19,8).

5. Sinifikattiva ferm hija, barra minn dan, iċ-ċirkustanza li fiha Kristu jżomm mal-mara maqbuda f’adulterju u jiddefendiha mit-tħaġġir. Huwa jgħid lil dawk li kienu qegħdin jakkużawha: “Min hu bla dnub jitfgħalha l-ewwel ġebla” (Ġw 8,7). Meta huma jitilqu mal-art il-ġebel u jitilqu, jgħid lill-mara: “Mur u millum ‘il hemm la tidnibx iktar” (Ġw 8,11). Kristu, mela, jidentifika b’mod ċar l-adulterju mad-dnub. Meta minflok idur lejn dawk li riedu jħaġġru lill-mara adultera, ma jfakkarx il-preskrizzjoni tal-liġi Iżraelitika, imma b’mod esklussiv il-kuxjenza. Id-dixxerniment tat-tajjeb u tal-ħażin miktub fil-kuxjenzi umani jistà jurina b’mod iktar profond u iktar korrett li mhuwiex il-kontenut ta’ norma legali.

Bħalma rajna, l-istorja tal-Poplu ta’ Alla fl-Allejanza Antika (li fittixna li npinġu biss permezz ta’ diversi eżempji) seħħet, f’miżura notevoli, ‘il barra mill-kontenut normattiv miġbur minn Alla fil-kmandament “la tikkommettix adulterju”,  għaddiet, biex ngħidu hekk, minn ma’ ġembu. Kristu jixtieq isewwi dan it-tgħawwiġ. Minn hawn il-kliem ippronunzjat minnu fid-Diskors tal-Muntanja.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara t-test oriġinali bit-Taljan >

%d bloggers like this: