Illum il-Knisja tfakkar lil San Josemarìa Escrivà de Belaguer


Fis-26 ta’ Ġunju l-Knisja tfakkar lil San Josemarìa Escrivà de Belaguer, Saċerdot li għex bejn is-snin 1902 sa 1975.

Dan il-qaddis twieled fi Barbastro, Spanja, fid-9 ta’ Jannar, 1902. Kien ordnat saċerdot ta’ 23 sena fit-28 ta’ Marzu, 1925.

Meta kien Madrid, fit-2 ta’ Ottubru, 1928, waqqaf l-Opus Dei, mod ġdid kif l-insara jistgħu jitqaddsu fid-dinja bix-xogħol ordinarju tagħhom u t-twettiq tad-dmirijiet personali, familjari u soċjali tagħhom. Hekk huma jsiru l-ħmira ta’ ħajja nisranija qawwija fl-ambjenti kollha.

Fl-1930, estenda l-opra tal-Opus Dei anke man-nisa. Fi Frar 1943, waqqaf is-Soċjetà Saċerdotali tas-Salib Imqaddes, magħquda inseparabbilment mal-Opus Dei. L-Opus Dei rċeviet l-approvazzjoni tas-Santa Sede f’Ġunju, 1950.

San Josemarìa mexxa u ħabrek biex l-Opus Dei tinxtered mad-dinja kollha b’talb kontinwu, penitenza u bil-prattika tal-virtujiet kollha. L-għerq u ċ-ċentru tal-ħajja interjuri tiegħu kien is-sagrifiċċju tal-quddiesa. Kien konxju ħafna li hu iben Alla espressa fil-preżenza kontinwa tat-Trinità Qaddisa, li qanqlitu biex ifittex li jidentifika ruħu ma’ Kristu f’kollox, li jgħix devozzjoni qawwija lejn il-Verġni Marija u San Ġużepp, u li jgawdi ħbiberija kontinwa u kollha fiduċja mal-anġli kustodji.

Mons. Escrivà offra aktar minn darba ħajtu għall-Knisja u għall-Papa.

Miet ta’ 73 sena nhar is-26 ta’ Ġunju, 1975 f’Ruma, fl-istess kamra fejn kien jaħdem, b’dik l-istess sempliċità qaddisa li kienet il-karatteristika tiegħu tul ħajtu kollha. Il-fdal tiegħu jinsab fil-knisja Prelazjali ta’ Santa Marija tal-Paċi, f’Ruma, fejn ħafna jmorru jitolbu fuq il-qabar tiegħu.

Il-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II iddikjarah Beatu f’Mejju, 1992 u mbagħad ddikjarah ukoll qaddis f’Ottubru, 2002.

L-Opus Dei, li fl-1982 saret prelatura personali, hi mxerrda fil-ħames kontinenti u llum tgħodd ’il fuq minn 60,000 membru fi 80 nazzjon. L-aktar ktieb magħruf tiegħu ‘It-Triq,’ jinsab maqlub ukoll bil-Malti.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.