45. Realizzazjoni tal-valur tal-ġisem skont id-disinn tal-Ħallieq


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 22/10/1980.

1. F’nofs ir-riflessjonijiet tagħna, fil-laqgħat ta’ nhar t’Erbgħa,ilha issa għal bosta ġimgħat l-espressjoni ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja; “Fhimtu dak li ntqal: la tikkommettix adulterju; imma jien ngħidilkom: kulmin iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkummetta adulterju magħha (lejha) f’qalbu” (Mt 5,27-28).

Dawn il-kliem għandhom sinifikat essenzjali għat-tejoloġija kollha tal-ġisem li tinsab fit-tagħlim ta’ Kristu. Għalhekk, nattribwixxu b’mod ġust importanza kbira għall-fehim u l-interpretazzjoni korretti tagħha. Diġa fir-riflessjoni tagħna preċedenti osservajna li d-dpttrina manikea, fl-espressjonijiet tagħha kemm primittivi kif ukoll dawk ta’ wara, huma f’kuntrast ma’ dawn il-kliem.

Infatti mhuwiex possibbli li niġbru fis-sentenza tad-diskors tal-muntanja, hawn analizzata, “kundanna” kif ukoll akkuża tal-ġisem. Jekk xejn, wieħed jistà jasal li jilmaħ kundanna tal-qalb umana. Madankollu, ir-riflessjonijiet tagħna magħmula s’issa jimmanifestaw li l-kliem ta’  Mattew 5,27-28 fihom akkuża, oġġett ta’ din huwa b’mod speċjali r-raġel tal-konkupixxenza. B’dawk il-kliem il-qalb tiġi mhux tant akkużata daqs kemm sottoposta għal ħaqq jew aħjar, imsejħa għal eżami kritiku, anzi, awtokritiku: jekk iċcedix jew le għall-konkupixxenza tal-ġisem. Waqt li nippenetraw fis-sinifikat profond tal-espressjoni ta’ Mattew 5,27-28, hemm bżonn li madankollu nosservaw li l-ħaqq hemm magħluq dwar ix-“xewqa”, bħala att ta’ konkupixxenza tal-ġisem, jiġbor fih mhux in-negazzjoni, imma pjuttost l-affermazzjoni tal-ġisem, bħala element li flimkien mal-ispirtu jiddeċiedi s-soġġettività ontoloġika tar-raġel u jipparteċipa għad-dinjità  tiegħu ta’ persuna. Hekk mela, il-ħaqq fuq il-konkupixxenza tal-ġisem għandu sinifikat essenzjalment differenti minn dak li tistà tissopponi l-ontoloġija manikea tal-ġisem u li neċessarjament tinbet.

2. Il-ġisem, fil-maskulinità u l-femminilità tiegħu, huwa “mill-bidu” msejjaħ biex isir il-manifestazzjoni tal-ispirtu. Isir ukoll hekk permezz tal-għaqda konjugali tar-raġel u tal-mara, meta jingħaqdu b’mod li jiffurmaw “ġisem wieħed”. Xi mkien ieħor  (cf. Mt 19,5-6) Kristu jiddefendi d-drittijiet invjolabbili ta’ tali għaqda, permezz ta’ liema l-ġisem, fil-maskulinità u l-femminilità tiegħu, jassumi l-valur ta’ sinjal – sinjal f’ċertu sens – sagramentali; u barra minn hekk, waqt li jwissih kontra l-konkupixxenza tal-ġisem, jesprimi l-istess verità dwar id-dimensjoni ontoloġika tal-ġisem u jikkonferma s-sinifikat etiku, koerenti mat-totalità tat-tagħlim tiegħu. Dan is-sinifikat etiku m’ghandu xejn in komuni mal-kundanna manikea, u minflok huwa profondament ippenetrat fil-misteru tal-“fidwa”, li  dwarha San Pawl jikteb fl-ittra lir-Rumani (cf. Rm 8,23). Il-“fidwa tal-ġisem” ma tindikax madankollu, id-deni ontololoġiku bħala attribut kostituttiv tal-ġisem uman, imma tesponi biss  il-pekkaminożità tar-raġel, minħabba liema dan, fost oħrajn, tilef is-sens limpidu tas-sinifikat sponsali tal-ġisem, f’liema huwa jesprimi id-dominju intern u l-libertà tal-ispirtu. Hawn għandna – kif diġa irrivelajna iktar kmieni – telfa “parzjali”, potenzjali, fejn is-sens tas-sinifikat sponsali tal-ġisem jitħawwad, b’ċertu tali mod, mal-konkupixxenza u faċilment jaċċetta li jiġi assorbit.

3. L-interpretazzjoni tal-Kliem ta’ Kristu skont Mattew 5, 27-28, bħal ma wkoll il-“prassi” li fiha jitwettaq b’mod suċċessiv l-“ethos” awtentiku tad-Diskors tal-Muntanja, hemm bżonn li jkunu assolutament meħlusa minn elimenti manikej fil-ħsieb u fl-atteġġjament. Attiġjament manikej jistà jwassal għal “anjentament”, jekk mhux rejali, talinqas intenzjonali tal-ġisem, u negazzjoni tal-valur tas-sess uman, tal-maskulinità u l-femminilità tal-persuna umana, jew talinqas biss għal tolleranza” tagħhom fil-limiti tal-“bżonn” iddelimitat min-neċessità tal-prokreazzjoni. Minflok, a bażi tal-kliem ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja, l-“ethos” Kristjan huwa kkaratterizzat minn  trasformazzjoni tal-kuxjenza u tal-atteġġjamenti tal-persuna umana,  sija tar-raġel u sija tal-mara,    tali li timmanifesta u tirrealizza il-valur tal-ġisem u tas-sess, skont id-disinn oriġinarju tal-Ħallieq, imqiegħda għas-servizz tal-“komunjoni tal-persuni” li hija s-substrat l-iktar profond tal-etika u tal-kultura umana. Waqt li għall-mentalità manikea l-ġisem u s-sesswalità jikkostitwixxu, biex ngħidu hekk, “anti-valur”, għall-kristjaneżmu, minflok, huma jibqgħu dejjem “valur mhux apprezzat biżżejjed”, kif nispjega aħjar iktar ‘il quddiem. It-tieni atteġgjament jindika liema għandha tkun il-forma tal-“ethos”, li fih il-misteru tal-“fidwa tal-ġisem” issib għeruqha, biex ngħidu hekk, fil-ħamrija “storika” tal-pekkaminożità tar-raġel. Dan jiġi espress mill-formula tejoloġika, li tiddefenixxi l-“istat” tar-raġel “storiku” bħala “status naturae lapsae simul ac redemptae“.

4. Hemm bżonn ninterpretaw il-kliem ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja (Mt 5,27-28) fid-dawl ta’ din il-verità kumplessa dwar ir-raġel. Jekk dan fih ċerta “akkuża”  għall-qalb umana, b’mod iktar maġġuri nindirizzawlu appell. L-akkuża tal-ħażin morali li x-“xewqa” mnissla mill-konkupixxenza karnali immoderata taħbi fiha , hija fl-istess ħin sejħa biex tirbaħ dan il-ħażin. U jekk ir-rebħa fuq il-ħażin għandha tikkonsisti fid-distakk minnu (minn hawn il-kliem sever fil-kuntest ta’ Mattew 5,27-28), madankollu dan huwa biss li tinqatà mill-ħażin tal-att (fil-każ in kwestjoni, minn l-att intern tal-“konkupixxenza”) u qatt li tittrasferixxi in-negattività ta’ tali att fuq l-oġġett tiegħu. Trasferiment simili ikun ifisser ċerta aċċettazzjoni – forsi mhux kuxjenti għal kollox – tal-“anti-valuri” manikej. Dan ma jkunx jikkostitwixxi rebħa vera u profonda fuq il-ħażin tal-att, li huwa l-ħażin minħabba essenza morali, mela ħażin ta’ natura spiritwali; anzi, hemmhekk ikun inħeba il-perikolu kbir ta’ ġustifikazzjoni tal-att a skapitu tal-oġġett (dak li fih jikkonsisti propjament l-iżball essenzjali tal-“ethos” manikej). Huwa evidenti li Kristu f’Mattew 5,27-28 jesiġi distakk mill-ħażin tal-“konkupixxenza” (jew tal-ħarsa lejn tax-xewqa diżordinata), imma l-espressjoni tiegħu ma tħalli bl-ebda mod li wieħed jissopponi li huwa ħażin l-oġgett ta’ dik ix-xewqa, jiġifieri l-mara li huwa “jħares lejha biex jixtieqha” (din il-preċiżjoni kultant tidher li ronqos f’xi testi “sapjenzjali”).

5. Mela, hemm bżonn li nippreċiżaw id-differenza bejn l-“akkuża” u l-“appell”.  Meqjus li l-akkuża ndirizzata għall-ħażin tal-konkupixxenza hija fl-istess ħin appell biex dan jintrebaħ, konsegwentement din ir-rebħa hemm bżonn li tingħaqad ma’ sforz biex jinstab il-valur awtentiku tal-oġġett, sabiex fir-raġel, fil-kuxjenza u r-rieda tiegħu ma jitrewwimx l-“anti-valur” manikej. Infatti, il-ħażin tal-“konkupixxenza”, jiġifieri tal-att li dwaru jitkellem Kristu f’Matteo 5,27-28, jagħmel iva li l-oġġett, li lilu jindirizza, jikkostitwixxi għas-suġġett uman “valur mhux apprezzat biżżejjed”. Jekk fil-kliem analizzat tad-Diskors tal-Muntanja (Mt 5,27-28) il-qalb umana hija “akkużata” b’konkupixxenza (inkella qed ikun imġiegħel joqgħod attent minn dik il-konkupixxenza), fl-istess ħin permezz tal-istess kliem huwa qed jiġi msejjaħ biex jiskopri s-sens sħiħ ta’ dak li fl-att ta’ konkupixxenza jikkostitwixxi għalih “valur mhux apprezzat biżżejjed”. Bħal ma nafu, Kristu qal: “Kulmin iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkummetta magħha adulterju f’qalbu”. L-“adulterju mwettaq fil-qalb” jistà u hemm bżonn li jiftiehem bħala “devalurizzazzjoni”, jew aħjar bħala ftaqir ta’ valur awtentiku, bħala privazzjoni intenzjonali ta’ dik id-dinjità, għal liema fil-persuna in kwestjoni jwieġeb il-valur integrali tal-femminilità tagħha. Il-kliem ta’ Mattew 5,27-28 fihom sejħa biex ikunu skoperti tali valur u tali dinjità, u biex ikunu mwettqa. Jidher li meta wieħed jifhmu hekk biss dan il-kliem ikkwotat ta’ Mattew ikun qed jirrispetta l-iskop semantiku tiegħu.

Biex nikkonkludu dawn il-konsiderazzjonijiet konċiżi hemm bżonn li nerġgħu għal darb oħra nosservaw li l-mod manikej li tifhem u tivvaluta l-ġisem u s-sesswalità tar-raġel huwa essenzjalment barrani għall-Vanġelu, mhux konformi mal-kliem tad-Diskors tal-Muntanja, ippronunzjat minn Kristu. Is-sejħa biex jiddomina l-konkupixxenza tal-ġisem toħroġ appuntu mill-affermazzjoni tad-dinjità personali tal-ġisem u tas-sess, u għal tali dinjità unikament iservi. Jagħmel żball essenzjali dak li jrid jiġbor f’dan il-kliem prospettiva manikea.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >