46. Il-qawwa oriġinarja tal-ħolqien issir għall-bniedem qawwa ta’ fidwa


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 29/10/1980.

1. Diġa għal bosta żmien, issa, ir-riflessjonijiet tagħna tal-Erbgħa jiċċentraw dwar l-espressjoni li ġejja ta’ Ġesù Kristu fid-Diskors tal-Muntanja: “Fhimtu dak li ntqal: La tikkommettix adulterju; imma jiena ngħidilkom: kulmin iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkommetta adulterju magħha (fil-konfront tagħha) f’qalbu” (Mt 5,27-28).

Dan l-aħħar iċċarajna li l-imsemmi kliem ma jistax ikun mifhum lanqas interpretat fi spirtu manikej. Dan ma fih, bl-ebda mod, il-kundanna tal-ġisem u tas-sesswalità. Jiġbor fih biss sejħa biex tintrebaħ il-konkupixxenza tripla, u partikolarment il-konkupixxenza tal-ġisem: dak li appuntu jirriżulta mill-affermazzjoni tad-dinjità personali tal-ġisem u tas-sesswalità, u unikament jikkonvalida tali affermazzjoni.

Li tippreċiża tali affermazzjoni, jew aħjar li tiddetermina is-sinifikat propju tal-kliem tad-Diskors tal-Muntanja, li fih Kristu jagħmel sejħa għall-qalb umana (cf. Mt 5,27-28), huwa mportanti mhux biss minħabba xi pożizzjonijiet kontemporanji li jinterpretaw is-sens tar-bnidem u tal-morali. Ricceur ikkwalifika lil Freud, Marx u Nietzsche bħala “mgħallmin tas-suspett” (1) (“maitres du soupcon”), waqt li kellu f’moħħu t-totalità tas-sistemi li kull wieħed minnhom jirrapreżenta, u forsi fuq kollox il-bażi moħbija u l-orjentament tagħhom fil-fehim u fl-interpretazzjoni tal-istess humanum.

Donnu bżonnjuż li naċċennaw, almenu fil-qosor, għal din il-bażi u għal dan l-orjentament.Hemm bżonn li nagħmluh biex niskopru minn banda konverġenza sinifikattiva, u mill-banda l-oħra diverġenza fondamentali bl-ermenewtika, li għandha s-sors tagħha fil-Bibbja, għal-liema  se nippruvaw nagħtu espressjoni fl-analiżi tagħna. Fiex tikkonsisti l-konverġenza? Tikkonsisti fil-fatt li l-ħassieba fuq imsemmija, li eżerċitaw u jeżerċitaw influss kbir fuq il-mod ta’ kif il-bnedmin ta’ żmienna jaħsbu u jivvalutaw, donnhom fis-sustanza wkoll jiġgudikaw u jakkużaw il-“qalb” tal-bniedem. Ferm iktar, donnhom jiġġudikawh u jakkużawh minħabba dan li fil-lingwaġġ bibbliku, speċjalment dak ġwannesk, jiġi msejjaħ konkupixxenza, il-konkupixxenza tripla.

2. Wieħed hawn jistà jagħmel distribuzzjoni tal-patijiet. Fl-ermenewtika nietzchjana il-ħaqq u l-akkuża tal-qalb umana jikkorrispondu, f’ċertu mod, ma’ dak li fil-lingwaġġ bibbliku jissejjaħ “suppervja tal-ħajja”; fl-ermenewtika marxista ġie msejjaħ “konkupixxenza tal-għajnejn”; fl-ermenewtika freudjana, minflok, għal dak li ġie msejjaħ “konkupixxenza tal-ġisem”. Il-konverġenza ta’ dawn l-ideat mal-ermenewtika tal-bniedem ibbażata fuq il-Bibbja tikkonsisti fil-fatt li, waqt li tiskopri fil-qalb umana l-konkupixxenza tripla, stajna wkoll aħna llimitajna ruħna biex inpoġġu dik il-qalb fi stat ta’ suspett kontinwu. Madankollu, il-Bibbja ma tippermettilniex li nieqfu hawn. Il-kliem ta’ Kristu skont Mattew 5,27-28, huwa tali li, minkejja li jimmanifesta ir-realtà kollha tiegħu tax-xewqa u tal-konkupixxenza, ma jippermettix li nagħmlu minn tali konkupixxenza l-kriterju assolut tal-antropoloġija u tal-etika, biex inkunu preċiżi n-nukleju stess tal-ermenewtika tal-bniedem. Fil-Bibbja, il-konkupixxenza tripla ma tikkostitwixxix il-kriterju fondamentali u forsi uniku u assolut tal-antropoloġija u tal-etika, alavolja hija bla ebda fattur importanti għall-fehim tal-bniedem, l-azzjonijiet tiegħu u l-valur morali tagħhom. Dan turih ukoll l-analiżi tagħna li għamilna s’issa.

3. Għalkemm irridu naslu għal interpretazzjoni sħiħa tal-kliem ta’ Kristu fuq ir-bniedem li “jħares lejn b’konkupixxenza” (cf. Mt 5,27-28), aħna ma nistgħux nikkuntentaw irwieħna bi kwalunkwè idea tal-“konkupixxenza”, ukoll fil-każ li nilħqu l-milja tal-verità “psikoloġika” aċċessibbli għalina; hemm bżonn li, minflok, nużaw l-Ewwel Ittra ta’ Ġwanni 2,15-16 u t-“tejoloġija tal-konkupixxenza” li hemm miġbura fiha. Il-bniedem li “jħares lejn biex jixtieq”, huwa nfatti l-bniedem tal-konkupixxenza tripla, huwa l-bniedem tal-konkupixxenza tal-ġisem. Għalhekk huwa “jistà” jħares lejn b’tali mod u saħansitra jrid ikun konxju li, waqt li jabbanduna dan l-att intern f’idejn il-qawwiet tan-natura, ma jistax jevita l-influss tal-konkupixxenza tal-ġisem. F’Matteo 5,27-28 Kristu jitkellem ukoll dwar dan u jiġbdilna l-attenzjoni. Kliemu jirreferi mhux biss għall-att konkret ta’ “konkupixxenza”, imma naturalment, ukoll għar-“raġel tal-konkupixxenza”.

4. Għaliex dan il-kliem tad-Diskors tal-Muntanja, minkejja l-konverġenza ta’ dak li jgħid rigward il-qalb umana (cf. Mt 5,19-20) ma’ dak li kien espress fl-ermenewtika tal-“imgħallmin tas-suspett”, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala bażi fl-imsemmiha ermenewtika jew ta’ xi waħda analaga? U għaliex jikkostitwixxi, hu, espressjoni, konfigurazzjoni ta’ ethos assolutament differenti? – differenti mhux biss minn dak manikew, imma wkoll minn dak freudjan? Naħseb li t-totalità tal-analiżi u riflessjonijiet, magħmula s’issa, tagħti tweġiba għal dan l-interrogattiv. Waqt li niġbru kollox fil-qosor, wieħed jista jgħid fi ftit kliem li l-kliem ta’Kristu skont Mattew 5,27-28 ma jippermettix li nieqfu fuq l-akkuża tal-qalb uumana u npoġġuha fi stat ta’ suspett kontinwu, imma hemm bżonn li jkun mifhum u nterpretat fuq kollox bħala sejħa ndirizzatha għall-qalb. Dan joħroġ min-natura nfisha tal-ethos tal-fidwa. Fuq is-sies ta’ dan il-misteru, li San Pawl (Rm 8,23) jiddefenixxi “fidwa tal-ġisem”, fuq is-sies tar-realtà denominata “fidwa” u, minħabba f’hekk, fuq is-sies tal-ethos tal-fidwa tal-ġisem, ma nistgħux nieqfu biss fuq l-akkuża tal-qalb umana a bażi tax-xewqa u tal-konkupixxenza tal-ġisem. Il-bniedem ma jistax jieqaf biex ipoġġi l-“qalb” fi stat ta’ suspett  kontinwu u rreversibbli minħabba l-manifestazzjonijiet tal-konkupixxenza tal-ġisem u tal-libido, li, fost l-oħrajn, psikanalista tiġbor permezz tal-analiżi tal-inkonxju (2). Il-fidwa hija verità, realtà, li f’isimha l-bniedem irid iħoss lilu nnifsu msejjaħ, u “msejjaħ b’mod effettiv”. Irid jirrendi kont ta’ tali sejħa ukoll permezz tal-kliem ta’ Kristu skont Mattew 5,27-28, jirrifletti fil-kuntest sħiħ tar-rivelazzjoni tal-ġisem. Il-bniedem irid iħossu msejjaħ biex jergà jiskopri, anzi, biex jirreajalizza s-sinifikat sponsali tal-ġisem u biex jesprimi b’tali mod il-libertà nterna tar-rigal, jiġifieri, ta’ dak l-istat u ta’ dik il-qawwa spiritwali, li jiġu mid-dominju tal-konkupixxenza tal-ġisem.

5. Il-bniedem huwa msejjaħ għal dan mill-kelma tal-Vanġelu, mela minn “barra”, imma kontemporanjament huwa msejjaħ minn “ġewwa”. Il-kliem ta’ Kristu, li fid-Diskors tal-Muntanja jappella għall-“qalb”,  jipperswadi, f’ċertu sens, lis-semmiegħ għal tali sejħa interna. Jekk huwa jaqbel ma’ dak li huma jaġixxu fih, jistà jismà fl-istess ħin fl-intimu tiegħu kważi l-eku ta’ dak il-“bidu”, ta’ dak il-“bidu” tajjeb li għalih Kristu jagħmel riferenza għal darb’oħra, biex ifakkar lis-semmiegħa tiegħu li huwa r-raġel, li hija l-mara u li huma b’mod reċiproku il-wieħed għall-ieħor fl-opra tal-ħolqien. Il-kliem ta’ Kristu ppronunzjat fid-Diskors tal-Muntanja mhuwiex sejħa mitfugħa fil-vojt. Mhuwiex indirizzat għal-bniedem għal kollox impenjat fil-konkupixxenza tal-ġisem, inkapaċi li jfittex forma oħra ta’ rapporti reċiproċi fl-ambitu tal-ġibda perenni, li takkumpanja l-istorja tar-raġel u tal-mara appuntu “mill-bidu”. Il-kliem ta’ Kristu jixhed li l-qawwa oriġinarja (mela wkoll il-grazzja- tal-misteru tal-ħolqien issir għal kull wieħed minnhom qawwa (jiġifieri grazzja tal-misteru tal-fidwa). Dan jirrigwarda l-istess “natura”, l-istess substrat tal-umanità tal-persuna, l-impulsi l-iktar profondi tal-“qalb”. Ma jħossx jewwilla l-bniedem flimkien mal-konkupixxenza, bżonn profond ta’ konservazzjoni tad-dinjità tar- rapporti reċiproċi tiegħu, li jsibu l-espressjoni tagħhom fil-ġisem, grazzi għall-maskulinità u l-femminilità tiegħu? Ma jħossx forsi il-bżonn li jintela b’dak kollu li huwa nobbli u sabiħ? Ma jħossx forsi l-bżonn li jtihom il-valur suprem li hija l-imħabba?

6. Biex terġà taqrah, dan l-appell miġbur fil-kliem ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja ma jistax ikun att maqtugħ mill-kuntest tal-eżistenza konkreta. Dan ifisser dejjem – għalkemm biss fid-dimensjoni tal-att li għalih jirreferixxi – is-sejba mill-ġdid tas-sinifikat tal-eżistenza kollha, tas-sinifikat tal-ħajja, li fih hemm miġbur ukoll dak is-sinifikat tal-ġisem, li hawn insejħu “sponsali”. Is-sinifikat tal-ġisem huwa, f’ċertu sens, l-antitesi tal-libido freudjana. Is-sinifikat tal-ħajja huwa l-antitesi tal-ermenewtika “tas-suspett”. Tali ermenewtika  hija ferm differenti, hija radikalment differenti minn dik li nerġgħu niskopru fil-kliem ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja. Dan il-kliem jiżvela mhux biss ethos ieħor , imma wkoll viżjoni oħra tal-possibiltà tal-bniedem. Huwa mportanti li hu, propju f’“qalbu”, ma jħossux biss akkużat b’mod irreevokabbli u mogħti b’disprament għall-konkupixxenza tal-ġisem, imma li fl-istess qalb iħossu msejjaħ b’enerġija. Imsejjaħ appuntu għal dak il-valur suprem li hija l-imħabba. Imsejjaħ bħala persuna fil-verità tal-umanità tiegħu, mela wkoll fil-verità tal-maskulinità u l-femminilità tiegħu, fil-verità ta’ ġismu. Imsejjaħ f’dik il-verità li hija patrimonju “tal-bidu”, patrimonju ta’ qalbu, iktar profond mill-pekkaminożità miruta, iktar profond mill-konkupixxenza tripla. Il-kliem ta’ Kristu, inkwadrat fir-realtà sħiħa tal-ħolqien u tal-fidwa, jerġà jiffoka l-attenzjoni fuq dak il-wirt iktar profond u jtuh qawwa rejali fil-ħajja tal-bniedem.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >