44. Valuri evanġeliċi u dmirijiet tal-qalb umana


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 15/10/1980.

1. Waqt il-laqgħat numerużi tagħna ta’ nhar ta’ Erbgħa għamilna analiżi partikolariġġata tal-kliem tad-Diskors tal-Muntanja, li fih Kristu jagħmel referenza għall-“qalb” umana.

Kif issa nafu, kliemu huwa mpenjattiv. Kristu jgħid: “Fhimtu dak li ntqal; la tikkommettix adulterju; imma jien ngħidilkom: kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkummetta adulterju magħha “f’qalbu” (Mt 5,27-28). Tali sejħa lill’qalb tixħet dawl fuq id-dimensjoni tal-interjorità umana, id-dimensjoni tar-raġel intern, propju tal-etika, u ferm iktar fuq it-tejoloġija tal-ġisem. Ix-xewqa li tinbet fl-ambitu tal-konkupixxenza tal-ġisem, hija fl-istess ħin realtà interna u tejoloġika, liema, f’ċertu mod, tiġi sperimentata minn kull raġel “storiku”. U huwa appuntu dan ir-raġel – ukoll jekk ma jafx kliem Kristu – li kontinwament jagħmel il-mistoqsija dwar “qalbu” propja. Kliem Kristu jirrendi tali mistoqsija espliċita b’mod partikolari: il-qalb hija akkużata jew inkella msejħa għat-tajjeb? U din il-mistoqsija feħsiebna issa nieħdu in konsiderazzjoni lejn it-tmiem tar-riflessjonijiet u l-analiżi tagħna, marbuta mas-sentenza hekk konċiża u totalità kategorika tal-Vanġelu, hekk mgħobbija b’kontenut tejoloġiku, antropoloġiku u etiku.

Pari passu magħha tmur it-tieni mistoqsija iktar “prattika”: kif “jistà” u “għandu” jaġixxi r-raġel, li jilqà kliem Kristu fid-Diskors tal-Muntanja, ir-raġel li jaċċetta l-“ethos” tal-Vanġelu, u b’mod partikulari, jaċċettah f’dan il-kamp?

2. Dan ir-raġel isib fil-konsiderazzjonijiet s’issa magħmula t-tweġiba, almenu indiretta, għaż-żewġ mistoqsijiet: Kif “jistà” jaġixxi, jiġifieri fuqhiex jistà jorbot fl-“intimu tiegħu, għan-nixxiegħa tal-atti tiegħu “interni” jew “esterni”?  U barra minn hekk: kif “għandu” jaġixxi, jiġifieri b’liema mod il-valuri magħrufa skont l-“iskala” rivelata fid-Diskors tal-Muntanja jikkostitwixxu dmir tar-rieda tiegħu u ta’ “qalbu”, tax-xewqat tiegħu u tal-għażliet tiegħu? B’liema mod “jobligawh” fl-azzjoni, fl-imġieba, jekk, milqugħa permezz tal-għarfien, “jimpenjawh” diġa fil-ħsieb u, f’ċerta manjiera, fis-“smigħ”? Dawn il-mistoqsijiet huma sinifikattivi għall-“prassi” umana, u jindikaw rabta organika tal-“prassi” stess mal-“ethos” tal-prassi umana.

3. Għall-imsemmija mistoqsijiet wieħed jistà jwieġeb b’mod differenti. Infatti,, kemm fl-imgħoddi, kif ukoll illum jingħataw tweġibiet differenti. Dan huwa kkonfermat minn letteratura wiesgħa. Barra t-tweġibiet li nsibu fiha, hemm bżonn li nikkunsidraw in-numru nfinit ta’ tweġibiet, li r-raġel konkret jagħti għal dawn il-mistoqsijiet huwa stess, dawk li, fil-ħajja ta’ kull wieħed, tagħti b’mod ripetut il-kuxjenza tiegħu, l-għarfien u s-sensibiltà morali tiegħu. Propju f’dan l-ambitu titwettaq kontinwament kompenetrazzjoni tal-“ethos” u tal-“prassi”. Hawn jgħixu ħajjithom (mhux esklussivament “tejorika”) il-prinċipji singoli, jiġifieri n-normi tal-morali bil-motivazzjonijiet tagħhom, elaborati u mifruxa minn moralisti, imma wkoll dawk li jelaboraw – żgur mhux mingħajr rabta max-xogħol tal-moralisti u tax-xjenzjati – l-irġiel singoli, bħala awturi u suġġetti diretti tal-morali rejali, bħala ko-awturi tal-istorja tagħha, minn liema jiddependi wkoll il-livell tal-morali stess, il-progress tagħha jew id-dekadenza tagħha. F’dan kollu jerġà jikkonferma ruħu ma kullimkien u dejjem dak ir-“raġel storiku” għal-liema darba Kristu tkellem, waqt li ħabbar il-bxara evanġelika t-tajba bid-Diskors tal-Muntanja, fejn fost l-oħrajn qal is-sentenza li naqraw f’Mattew 5,27-28: “Fhimtu dak li ntqal: La tikkommettix adulterju: imma jien ngħidilkom: kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkummetta adulterju magħha f’qalbu”.

4. L-espressjoni ta’ Mattew tippreżenta b’mod stupend konsiderazzjoni konċiża għal dak kollu li dwar din it-tema nkiteb fil-letteratura mondjali. U forsi appuntu f’dan tikkonsisti l-qawwa tagħha fl-istorja tal-“ethos”. Hemm bżonn li fl-istess ħin nagħtu każ tal-fatt li l-istorja tal-“ethos” tgħaddi fi xmara versatili, f’liema il-kurrenti singoli jersqu jew jitbiegħdu b’mod mutwu. Ir-raġel “storiku” jevalwa dejjem, kif jaf hu, “qalbu”, hekk bħal ma jiġgudika wkoll “ġismu”: u hekk jgħaddi mill-pol tal-pessimiżmu għall-pol tal-ottimiżmu, mis-severità puritana għall-permessiviżmu kontemporanju. Hemm bżonn li nagħtu każ, sabiex l-“ethos” tad-Diskors tal-Muntanja jkun jistà dejjem ikollu trasparenza propja fil-konfront tal-azzjonijiet u tal-komportamenti tar-raġel. Għal tali skop hemm bżonn li nerġgħu nagħmlu xi analiżi.

5. Ir-riflessjonijiet tagħna dwar is-sinifikat tal-kliem ta’ Kristu skont Mattew 5,27-28 ma jkunux kompluti, jekk ma niqfux – almenu għal ftit – fuq dak li nistgħu insejħu l-interess ta’ dan il-kliem fl-istorja tal-ħsieb uman u tal-valutazzjoni tal-“ethos”, L-interess huwa dejjem trasformazzjoni tal-vuċi u tal-kliem li tesprimi l-vuċi. Nafu mill-esperjenza li tali trasformazzjoni hija kultant mimlija minn faxxinu misterjuż. Fil-każ in kwestjoni, ġrat pjuttost xi ħaġa bil-maqlub. Infatti, mal-kliem ta’ Kristu ġiet pjuttost imneħħija s-sempliċità u l-profondità u ġie mogħti sinifikat imbiegħed minn dak espress fih, sinifikat li fl-aħħar minn l-aħħar huwa saħansitra kontrastanti għalih. Hawn għandna f’moħħna dak kollu li deher fit-tarf tal-Kristjaneżmu taħt l-isem ta’ manikeiżmu (1) u li wkoll fittex li jidħol fl-art tal-kristjaneżmu fejn jirrigwarda appuntu t-tejoloġija u l-“ethos” tal-ġisem. Huwa magħruf li, fil-forma oriġinarja, il-manikeiżmu, li nibet fl-Orjent ‘il barra mill-ambjent bibbliku tnissel mid-duwaliżmu mażdeista, kien identifika in-nixxiegħa tal-ħażen fil-materja, fil-ġisem u xandar għalhekk il-kundanna ta’ dak kollu li fir-raġel huwa korporeju. U billi fir-raġel il-korporjetà timmanifesta ruħha permezz tas-sess, allura l-kundanna ġiet estiża għaż-żwieġ u għall-konvivenza konjugali, minbarra li għall-isferi l-oħra tal-eżistenza u tal-aġir , li fihom jesprimi l-korporjetà.

6. Għal widna mhux imdorrija, is-severità evidenti ta’ din is-sistema segħtet tidher f’sintonija mal-kliem sever ta’ Mattew 5,29-30, fejn Kristu jitkellem dwar il- “qligħ tal-għajn” jew dwar il-“qtugħ tal-id”, kemm il-darba dawn il-membri jkunu l-kawża tal-iskandlu. Permezz tal-interpretazzjoni purament “materjali” ta’ dawn l-espressjonijiet, kien possibbli wkoll li tikseb ottika manikea tal-espressjoni ta’ Kristu, li fiha jitkellem dwar ir-raġel li “kkummetta adulterju fil-qalb… waqt li ħares lejn mara biex jixtieqha”. Ukoll f’dan il-każ, l-interpretazzjoni manikea tasal għall-kundanna tal-ġisem, bħala nixxiegħa rejali tal-ħażen, billi fih, skont il-manikeiżmu, jinħeba u fl-istess ħin jimmanifesta il-prinċipju “ontoloġiku” tal-ħażen. Kien mela jfittex li jirrejalizza u kultant kien jintuwixxi tali kundanna fil-Vanġelu, waqt li jsibha fejn minflok kienet espressa b’mod esklussiv esiġenza partikulari indirizzata għall-ispirtu uman.

Wieħed jinnota li l-kundanna setgħet – u tistà dejjem tkun –  mod kif wieħed jaħrab biex inaqqas l-esiġenzi mposti fil-Vanġelu minn dak li “kien jaf dak li hemm f’kull raġel” (Ġw 2,25). Lanqas ma jonqsu provi fl-istorja. Diġa kellna ftit l-okkażjoni (u bla dubju jerġà jkollna) biex nuru f’liema miżura tali esiġenza tistà tqum unikament minn affermazzjoni – u mhux minn negazzjoni jew minn kundanna – jekk trid tasal għal affermazzjoni iktar matura u oġġettivament u soġġettivament dettaljata. U għal tali affermazzjoni tal-femminilità u l-maskulinità tal-esseri uman, bħala dimensjoni personali tal-“esseri ġisem”, hemm bżonn li jmexxu l-kliem ta’ Kristu skont Mattew 5,27-28. Tali huwa s-sinifikat etiku ġust ta’ dan il-kliem. Huwa jistampa, fuq il-paġni tal-Vanġelu, dimensjoni speċifika tal- “ethos”  bl-iskop li  suċcessivament jistampaha fil-ħajja umana.

Infittxu li nerġgħu naqbdu din it-tema fir-riflessjonijiet ulterjuri tagħna.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >