Għalkemm fl-Ewropa l-knejjes fetħu għall-pubbliku, il-pellegrinaġġi b’folol kbar li jsiru f’Lourdes se jdumu ma jibdew. Għalhekk is-Santwarju, li reġa’ fetaħ fis-16 ta’ Mejju, se jorganizza pellegrinaġġ ‘online’ nhar il-Ħamis 16 ta’ Lulju.
Dan il-pellegrinaġġ, bl-isem ta’ ‘Lourdes United’ se jkun sessjoni ta’ 15-il siegħa f’lingwi differenti, b’Quddies, Rużarju u talb ieħor. Se jkun pellegrinaġġ spiritwali li se juri li Lourdes hu sinjal ta’ paċi, ta’ fidi, ta’ mħabba u ta’ tama għad-dinja kollha. Dak inhar jaħbat l-anniversarju tal-aħħar dehra tal-Madonna lil Santa Bernadette Soubirous.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea