Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Koperativi, nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju, il-Papa Franġisku kiteb ‘tweet’fejn qal li l-koperativi qed jagħmlu tassew differenza fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.
Dan isir għax koperaivi ta’ produtturi żgħar jagħżlu li jużaw inqas mezzi ta’ tinġiż fil-produzzjoni tagħhom u jmorru għal mudell ta’ ħajja mhux konsumistika. Il-koperativi jistgħu “jgħollu l-għatu” ta’ ekonomija li tipperikola li tipproduċi oġġetti imma bi prezz ta’ inġustizzja soċjali. It-‘tweet’ tal-Papa hi eku tal-enċiklika tiegħu “Laudato Si’”, li tindirizza l-kunċett tal-ġustizzja, tal-paċi u tal-iżvilupp f’dak li hu użu tal-ħolqien.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea