Sokrate fis-suq


Storja żgħira b’taghlima minn Sokrate

Il-misraħ ewlieni ta’ Ateni, is-suq kien joffri posti mimlija b’uċuħ tar-raba’, b’xogħol tas-snajja u tal-arti, ilbiesi u żraben, kif ukoll tapizzeriji fini u għamara tal-aqwa mastrudaxxi.

sokrate
“Affarijiet li mingħajrhom nista’ ngħix ferħan”

Il-filosfu Sokrate, ħafi bħal dejjem u liebes it-toga qadima u waħdanija tiegħu, kien għaddej minn kmajra għal oħra, b’ħarstu mimlija interess u msaħħar mll-ġid u mis-sbuħija tal-oġġetti.

Wieħed mid-dixxipli tiegħu resaq lejh u kollu mistagħġeb qallu:

“Kif inti, mgħallem, li twiddibna dwar il-frugħa tad-dinja u dwar it-trażżin tax-xewqat, jinteressak is-suq tal-Agora, bil-ġid tiegħu li tant iħajrek u b’dawn l-oġġetti kollha ta’ lussu?”

Sokrate wieġeb: “Dan għaliex inħobb nara l-ħafna affarijiet li mingħajrhom nista’ ngħix ferħan!”

 

SOCRATES AT THE MARKET

In the main square of Athens, the market was full of stalls with the earth’s products, works of craftsmanship and art, clothing and shoes, as well as fine tapestries and furniture.

The philosopher Socrates, barefooted as always and clothed in his old and only tunic, was walking from one stall to another, his keen eye interested and charmed by all that richness and beauty.

One of his followers approached him, astonished: “How come, Master, that you, who teaches us about the vanity of life and the suppression of desires, are interested in the market of Agora, with all its goods and riches?”

Socrate replied: “It is because I love to discover the many things without which I can live quite happily”.

Minn Joe Galea.

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.