Illum il-Knisja tfakkar lil Beata Tereża ta’ Santu Wistin u sħabha

Fis-17 ta’ Lulju l-Knisja tfakkar lil Beata Tereża ta’ Santu Wistin u sħabha, Verġni u Martri li ħadu l-martirju fis-sena 1794.

Hekk kif ir-Rivoluzzjoni Franċiża bdiet tidher ixxaqleb għall-agħar, is-16-il Karmelitana Tereżjana tal-monasteru tal-Inkarnazzjoni ta’ Compiegne offrew lilhom infushom bħala vittma tas-sagrifiċċju lil Alla, biex iberrdu l-ġustizzja divina u jaqilgħu l-paċi għall-Knisja.

Fl-24 ta’ Ġunju, 1794 ġew maqbuda u mkaxkrin il-ħabs, fejn għaġġbu lill-oħrajn bil-ferħ tal-ispirtu u t-telqa sħiħa tagħhom f’idejn Alla, waqt li bdew iħeġġu lill-ħabsin kollha jimtlew bil-qawwa billi jemmnu fl-imħabba ta’ Alla.

Ġew ikkundannati għall-mewt minħabba l-fedeltà sħiħa tagħhom lejn il-Knisja u lejn il-ħajja reliġjuża, kif ukoll minħabba d-devozzjoni kbira li kellhom lejn il-Qalb ta’ Ġesù u ta’ Marija.

Fis-17 ta’ Lulju 1794, wara li ġeddu l-wegħdiet tal-Professjoni Reliġjuża fi jdejn Tereża ta’ Santu Wistin, flimkien magħha ġew maqtula f’Pariġi waqt li bdew ikantaw innijiet lil Alla u lill-Madonna.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Leave a Reply