Beatu Titu Brandsma, Karmelitan u martri

Anno Sjoerd Brandsma twieled minn Titus Brandsma u martu Tjitsje Postma  fl-Oegeklooster, ħdejn Hartwerd, fil-Provinċja ta’ Friesland fl-Olanda, fit-23 ta’ Frar 1881. Il-ġenituri tiegħu kellhom razzett żgħir tal-ħalib u kienu nsara mpenjati ħafna ġewwa reġjun kalvinista. It-tfal tagħhom kollha daħlu  f’ordnijiet reliġjużi barra tifla waħda.

Bħala żgħażugħ, Brandsma għamel l-istudji sekondarji tiegħu fil-belt ta’ Megen, fis-seminarju minuri mmexxija mill-Franġiskani għat-tfal subien li kienu qed jaħsbu dwar il-vokazzjoni saċerdotali jew reliġjuża tagħhom. Brandsma daħal bħala novizz mal-patrijiet Karmelitani f’Boxmeer nhar is-17 ta’ Settembru  1898, fejn ngħata l-isem ta’ Titu għall-missieru kif kienet l-użanza ta’ dak iż-żmien. Huwa għamel l-ewwel professjoni tiegħu f’Ottubru tal-1899.

Ġie ordnat saċerdot fl-1905. Patri Titu huwa magħruf bħala mistiku Karmelitan tant li kien ħa d-dottorat fil-filosofija ġewwa Ruma fl-1909. Huwa kien jgħallem f’diversi skejjel oħra fil-Pajjiżi Baxxi.

Mill-1916 huwa beda proġett biex jaqleb ix-xogħlijiet ta’ Santa Tereża ta’ Ġesu bl-ilsien Olandiz. Fl-1921 Brandsma ħadem biex isolvi kontroversja li kienet teżisti dwar rappreżentazzjoni artististika Belġjana ta’ Albert Servaes dwar ‘it-triq tas-salib’.

Huwa kien wieħed mill-fundaturi tal-Università Kattolika ta ‘Nijmegen. Titu sar professur tal-filosofija, u tal-istorja tal-mistiċiżmu. Aktar tard sar Rettur Magnifiku tal-Universita. Huwa kien meqjus bħala bniedem dispost għal kulħadd, aktar milli għax-xogħol akkademiku tiegħu bħala professur.

Brandsma ħadem ukoll bħala ġurnalist u kien konsulent ekkleżjastiku tal-ġurnali nsara fl-1935. Fl-istess sena huwa mar bħala ‘visiting lecturer’ fl-Istati Uniti, fejn tkellem f’diversi istituzzjonijiet tal-Ordni tiegħu. Wara l-invażjoni fl-Olanda mit-Tielet Reich f’Mejju tal-1940, kienet il-ġlieda kontra t-tixrid tal- ideoloġija Nazista, il-libertà edukattiva u l-liberta tal-kelma li wasslithom biex in-Nazisti jitfgħu ħarsthom fuqu.

F’Jannar tal-1942 huwa impenja ruħhu li jwassal ittra b’idejh mill-Konferenza tal-Isqfijiet Olandiża lill-edituri tal-gazzetti Insara li fiha l-Isqfijiet ordnaw li ma jistampaw ebda dokument uffiċjali Nazista, kif kienu ordnaw l-okkupanti Ġermaniżi minħabba li kienet daħlet din il-liġi. Huwa kien żar 14 il-editur qabel ma ġie arrestat fi’19 ta’ Jannar fil-kunvent tiegħu ta’ Boxmeer.

Wara li kien priġunier f’Scheveningen, Amersfoort, u Cleves, Brandsma ġie ttrasferit għall-kamp ta’ konċentrament Dachau, u wasal hemm fi’ 19 ta’ Ġunju 1942. F’dan il-kamp kien hemm madwar 2,720 saċerdot fil-Kwartieri tal-Kleru li madwar 95% minnhom, kienu kollha nsara. Fil-kamp tal-konċentrament, saħħtu ddgħajfet u ġie ttrasferit lejn l-isptar tal-kamp. Huwa miet fis-26 ta’ Lulju 1942 (fl-età ta’61) minn injezzjoni li toqtol, li ġiet mogħtija lilu minn infermier tal-SS Allgemeine, bħala parti min-programm biex jesperimentaw fuq il-priġunieri.

Brandsma huwa onorat bħala martri fil-knisja Kattolika. Huwa ġie beatifikat mill-Knisja Kattolika fit-3 ta’ Novembru tal-1985 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II bħala martri tal-fidi. It-tifkira tiegħu tiġi ċċelebrata mill-Ordni Karmelitan fis-27 ta ‘Lulju. Huwa l-padrun tal-ġurnalisti nsara w bejjiegħa tat-tabakk.

Nitolbuħ biex bħalu ma nibżgħux nkun xhieda ta’ Kristu kullimkien ukoll jekk ikollna nbatu.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading