Il-Ħolqien ta’ Struttura u Ġerarkija – 2 (23)

Spread the love

Mill-istorja tal-Knisja Nisranija. Kitba ta’ Joe Galea.

Wara l-Persekuzzjonijiet

Hekk kif il-persekuzzjonijiet ġew fit-tmiem u beda’ żmien ġdid fil-knisja, tfaċċat problema ġdida dik taċ-Ċesaro-papiżmu. L-Imperaturi issa bdew jippretendu jkunu huma l-mexxejja tal-Knisja. Insibu lil dawn jindaħlu fi kwestjonijiet dottrinali, fl-infurzar tad-dixxiplina tal-knisja u fil-ġlieda kontra l-ereżija. Bosta drabi hekk kif l-Imperaturi bdew jikkonċentraw fuq il-Lvant, il-Knisja f’din in-naħa tad-dinja bdiet tieħu karattru nazzjonali (Grieg) u teskludi nies ġejjin min naħiet oħrajn tal-Imperu.

Ix-Xiżma tal-Lvant kienet ilha ġejja

Dan kellu jkun l-ewwel pass f’dik li aktar tard kellha tkun ix-Xiżma tal-Lvant. Iżda f’Ruma is-saħħa tal-Imperaturi bdiet sejra lura hekk kif l-Imperaturi bdew ikunu assenti min din il-belt. Lejn il-bidu tal-ħames seklu il-Belt ta’ Ravenna saret is-Sede Imperjali fil-Punent,  dan fisser li l-Papa seta’ jkun aktar indipendenti u l-awtorità tiegħu kibret aktar fil-Knisja  ta’ dak iż-żmien.

Kien l-imperatur Onorio li bidel il-kapitali għal Ravenna għax kienet belt difiża tajjeb ħafna waqt li l-fruntiera Rumana kienet waqgħet. Għal imperatur bi ftit tama, din il-belt kienet għażla perfetta.

It-trasferiment tas-sede tal-Papa minn Ruma għal Ravenna ma kienx wieħed uffiċjali jew permanenti, fis-sens li kien sar tibdil fil-kapitali pontifiċja kif ġara fil-kas ta’ Avignone. Madankollu Ravenna kellha rwol ċentral fis sostenn għall-papat f’xi mumenti storiċi. 

Bħala kuntest storiku, Ravenna kienet il-kapitali tal-Imperu Ruman tal-Punent, mill-402, imbagħad tar-Renju tal-Ostrogoti u l-aħħar tal-Esarcato Bizantin, mill-554. F’dan il-perjodu ta’ influwenza Bizantina (mir-4 sat-8 seklu) ir-relazzjonijiet bejn il-Papat u Ravenna kien stretti ħafna u xi drabi ta’ konflitti.

Ġellieda Ostrogoti

Interessant li l-Papa Gwanni X kien ġie msejjaħ biex imuru fis-sede ta’ Ravenna, lejn id-905) qabel ma ġie elett Papa, eżempju ta’ għaqda qawwija bejn iż-żewġ sedi episkopali f’epoki suċċessivi.

It-tibdil meħtieġ

Nistgħu ngħidu li sa’ mill-bidu nħass il-bżonn ta’ ġerarkija li jkollha f’idejha it-tmexxija tal-Knisja. Fl-istess waqt ir-rwol ta’ Pietru u s-suċċessuri tiegħu f’din it-tmexxija jidher ukoll f’dawn iż-żminijiet. Iżda li l-istrutturi tat-tmexxija fil-Knisja kellhom l-iżvilupp tagħhom hekk kif il-Knisja kellha taddatta ruħha mal-bidliet li ġab miegħu iż-żmien.

Mela hekk rajna dwar it-tmexxija fil-Knisja tal-bidu, l-importanza ta’ Ruma u kif il-Knisja kellha titħabat biex teħes miċ-Ċesaro-Papiżmu.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading