Il-gvern Franċiż ifakkar lil Pere Jacques Hamel

Nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju, il-Ministru tal-Intern Franċiż, Gérald Darmanin mar Saint-Étienne-du-Rouvray fejn fakkar il-memorja ta’ Pére Jacques Hamel li kien inqatel 4 snin ilu b’mod kiefer minn fundamentalisti Islamiċi.

unnamed

Il-Ministru Darmanin, li waqt id-diskors tiegħu ġie mfixkel minn grupp żgħir ta’ nies, qal li l-qtil ta’ Pére Jacques Hamel “ma kellux effett biss fuq l-Insara imma miss lil Franza kollha bil-qalb u l-ħsibijiet tiegħu.” Qal ukoll “li toqtol saċerdot qiegħed tneħħi l-ħajja tar-ruħ tal-pajjiż kollu.”

Minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.