Same-Sex Unions: Ftit aktar materjal u riflessjonijiet

Print Friendly, PDF & Email

FORMAZZJONI U INFORMAZZJONI

MILL-KUMMISSJONI TEOLOĠIKA (6)

21 ta’ Mejju 2012

Same-sex unions: Ftit Aktar Materjal u Riflessjonijiet

Fl-aħħar ħarġa, wassalnielkom il-punti prinċipali ta’: (1) silta importanti minn diskors tal-Papa Benedittu XVI f’Diċembru 2008, kif ukoll (2) l-interventi ta’ żewġ Presidenti ta’ Konferenzi Episkopali f’Marzu 2012 – (a) tal-Iskozja, u (b) tal-Ingilterra u Wales. Illum, għandna ftit materjal ieħor dwar l-istess suġġett.

  • Minn Dokument tal-Konferenza Episkopali Taljana, Nota a riguardo della famiglia fondata sul matrimonio e di iniziative legislative in material di unioni di fatto (28 ta’ Marzu 2007)

Din in-Nota kienet ippubblikata fil-kuntest ta’ proposti ta’ leġiżlazzjoni mill-Parlament Taljan. L-Isqfijiet Taljani jistqarru: “Ci sentiamo responsabili di illuminare la coscienza dei credenti, perche’ trovino il modo migliore di incarnare la visione Cristiana dell’uomo e della societa’ nell’impegno quotidiano, personale e sociale, e di offrire ragioni valide e condivisibili da tutti a vantaggio del bene comune”. In-Nota tkompli tfisser id-dmir tal-Isqfijiet li joffru l-kontribut tagħhom għall-ġid komuni billi jfakkru fil-prinċipji li huma s-sisien tal-familja, u dan, f’rabta ma’ dak li hemm fil-Kostituzzjoni tal-Italja.

L-Isqfijiet Taljani wrew it-tħassib tagħhom fir-rigward tal-legalizzazzjoni tal-unjoni ta’ persuni tal-istess sess “perche’, in questo caso, si negherebbe la differenza sessuale, che e’ insuperabile”. L-Isqfijiet isostnu li b’dan li qegħdin jgħidu mhuma bl-ebda mod qed imorru kontra d-dinjita’ ta’ kull persuna, hi x’inhi l-orjentament sesswali tagħha; anzi, huma jikkonfermaw ir-rispett tagħhom u l-imħabba pastorali tagħhom lejn kull persuna. Huma mbagħad jispjegaw li “il diritto non esiste allo scopo di dare forma giuridica a qualsiasi tipo di convivenza e di fornire riconoscimenti ideologici: ha invece il fine di garantire risposte pubbliche a esigenze sociali che vanno al di la’ della dimensione private dell’esistenza”.

Huma jesprimu l-fatt li huma konxji li f’ċerti sitwazzjonijiet konkreti huma meħtieġa garanziji u ħarsien ġuridiku li jipproteġu dawn il-persuni. L-Isqfijiet jgħidu: “A questa attenzione non siamo per principio contrari. Siamo pero’ convinti che questo obiettivo sia perseguibile nell’ambito dei diritti individuali, senza ipotizzare una nuova figura giuridica che sarebbe alternativa al matrimonio e alla famiglia e produrrebbe piu’ guasti di quelli che vorrebbe sanare”.

L-isqfijiet Taljani jfakkru fit-tagħlim imwassal mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi fl-2003 (Considerations Regarding Proposals to give Legal Recognition to Unions between Homosexual Persons – ara r-resume’ fil-ħarġa nru 4 f’din is-sensiela, 26.4.2012). Huma jfakkru fid-dmir morali tal-membri Kattoliċi fil-Parlament li, fil-każ ta’ abbozz ta’ liġi li tirrikonoxxi legalment l-unjoni omosesswali, huma għandhom – b’mod ċar u pubbliku – juru li ma jaqblux ma’ liġi bħal din u jivvutaw kontriha.

  • Mill-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet tal-Istati Uniti, Marriage: Love and Life in the Divine Plan (17 ta’ Novembru 2009)

F’din l-Ittra, l-Isqfijiet Amerikani jiddedikaw sezzjoni dwar “Same-sex unions”.  Huma jfakkru li proposti biex wieħed jiddefinixxi mill-ġdid in-natura taż-żwieġ u tal-familja jagħmlu ħsara kemm lid-dinjita’ intrinsika tal-persuna, kif ukoll lill-ġid komuni tas-soċjeta’. Kull sforz għal a redefinition of marriage biex jinkludi unjoni bejn persuni tal-istess sess “empties the term (marriage) of its meaning, for it excludes the essential complementarity between man and woman, treating sexual difference as if it were irrelevant to what marriage is. Male-female complementarity is intrinsic to marriage. It is naturally oriented toward authentic union and the generation of new life. … By attempting to redefine marriage to include or be made analogous with homosexual partnerships, society is stating that the permanent union of husband and wife, the unique pattern of spousal and familial love, and the generation of new life are now only of relative importance rather than being fundamental to the existence and well-being of society as a whole”.

L-Isqfijiet Amerikani jfakkru li hemm min jisħaq li r-rikonoxximent legali ta’ unjoni bejn persuni tal-istess sess hija parti mill-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u favur l-ugwaljanza u d-drittijiet ċivili. L-Isqfijiet isostnu li ż-żwieġ u same-sex unions huma “essentially different realities. … To promote and protect marriage as the union of one man and one woman is itself a matter of justice. In fact, it would be a grave injustice if the State ignored the unique and proper place of husbands and wives, the place of mothers and fathers, and especially the rights of children, who deserve from society clear guidance as they grow to sexual maturity”.

Fl-aħħarnett, l-Isqfijiet Amerikani jsostnu li għandhom jingħataw id-drittijiet umani bażiċi lil kulħadd. “This can and should be done without sacrificing the bedrock of society that is marriage and the family and without violating the religious liberty of persons and institutions. The legal recognition of same-sex unions poses a multifaceted threat to the very fabric of society, striking at the source from which society and culture come and which they are meant to serve. Such recognition affects all people, married and non-married: not only at the fundamental levels of the good of the spouses, the good of children, the intrinsic dignity of every human person, and the common good, but also at the levels of education, cultural imagination and influence, and religious freedom”.

 

 

  • Artiklu ta’ David L. Schindler, “Regarding Legal Recognition of Same-Sex Unions”, Communio 37 (2010), 149-152.

Fl-aħħar ħarġiet, kif ukoll hawn fuq, rajna l-pożizzjoni tal-Maġisteru tal-Knisja, li fost aspetti differenti, tana argumenti li ġejjin mir-Rivelazzjoni jew mit-Tradizzjoni.   Il-valur tal-kontribut qasir ta’ David L. Schindler li deher fir-rivista teoloġika Communio jinsab fil-linja ta’ ħsieb li juża. Schindler huwa teologu u professur fil-Pontifical John Paul II Institute for Studies on Marriage and the Family (Catholic University of America). Interessanti l-argumentazzjoni li juża biex iwassal il-ħsieb tiegħu.

Schindler jisħaq dwar kemm huwa importanti li l-Knisja tgħid il-għala topponi d-dritt legali għal same-sex unions. Jgħid li mhuwiex biżżejjed li l-Knisja tibbaża l-oppożizzjoni tagħha fuq id-dritt tagħha għal-liberta’ reliġjuża u l-fedelta’ lejn dak li hija temmen fih. Għaliex? Schindler jagħti dawn iż-żewġ raġunijiet: “(a) Because those who support legal sanctioning of same-sex unions take the Church’s right to religious freedom to entail a denial of homosexuals’ right to freedom. (b) And because an appeal in the name of conscience to one’s own religious beliefs carries in the public order only the weight of one expression of religious beliefs over against the range of other expressions of beliefs, including, for example, those of homosexuals” (p.149).

Schindler jikkunsidra kif l-istituzzjonijiet soċjali tal-Knisja għandhom iġibu ruħhom meta ffaċċjati minn liġijiet li jobbligawhom jipprovdu “domestic partner benefits” lil dawk l-impjegati li jkollhom partner tal-istess sess. Huwa jikkritika lil dawk li jissuġġerixxu li l-Knisja tista’ tevita l-problemi billi tħajjar lill-impjegati tagħha jagħtu isem ta’ individwu, ikun min ikun (spouse, sibling, same-sex partner) biex jirċievi/tirċievi l-benefiċċji li qabel kienu riżervati esklussivament għal mart jew żewġ dak li jkun. Fi kliem ieħor, b’din il-pożizzjoni, “the Church gives up her ability to restrict employee benefits to sexually differentiated spouses, judging that she has relinquished nothing since she has not explicitly redefined marriage, nor explicitly conditioned benefits on one’s being a homosexual” (p.150). Schindler isostni li għalkemm dan jidher, mal-ewwel daqqa t’għajn, kompromess tajjeb, il-Knisja fil-fatt tkun qed tikkonċedi ħafna, u anke tħallas prezz għoli.

Huwa jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan: (a) Dan il-kompromess jagħti saħħa lill-argument falz li l-knejjes jistgħu jagħtu xhieda pubblikament għall-bniedem u d-dinjita’ tiegħu biss f’termini tad-dritt għal-liberta’. Fi kliem ieħor, il-kompromess jissuġġerixxi li l-Knisja hija lesta li tirrestrinġi l-iskop tax-xhieda pubblika tagħha għal drittijiet mifhuma formalment u għal fidi li issa saret waħda privata.  Għall-argument ta’ dawk li jgħidu li l-kompromess li ssemma jista’ jwassal benefiċċji soċjali lill-membri fl-istess dar bħal tfal jew anzjani, Schindler jisħaq li din is-sitwazzjoni twassal biex il-Knisja ma tibqax tagħti xhieda għaż-żwieġ bejn raġel u mara bħala aspett fondamentali tat-tagħlim soċjali tagħha. (b) Schindler isostni wkoll li l-kompromess li ssemma jirriskja li jwassal il-Knisja biex tagħti xhieda dwar il-bniedem jekk din ix-xhieda tevita li tqanqal oppożizzjoni jew li ġġiegħlha tbati pubblikament.

Schindler jistqarr li t-tweġiba tal-Knisja għal kultura li tippromwovi unjoni omosesswali għandha tiffoka aktar fuq “an integrated witness that explicates as far as possible the substantive reasons, or truth, of the Catholic understanding of the human person” (p.151). Din hija kwistjoni ta’ viżjoni antropoloġika, fejn għandu jkun ċar x’qegħdin nifhmu bi bniedem, b’integrazzjoni u x’nifhmu b’same sex unions. Dan kollu jmiss il-qalba ta’ min hu l-bniedem. L-awtur jgħaddi biex ifisser li l-bniedem huwa msejjaħ biex iħobb u li dan huwa marbut ma’ dik li jsejħilha bodily-sexual difference, u li f’din id-dimensjoni hemm unity-in-difference. Din hija l-kumplimentarjeta’ tas-sessi. Schindler jesprimiha b’dan il-mod: “What needs to be shown, in a word, is the sense in which sexual difference, essential for an integrated expression of human love, is thus objectively necessary for authentically human culture” (p.151).

Fl-aħħarnett, David Schindler jgħid li argumenti bħal dawn m’għandhomx inaqqsu, anzi għandhom jitolbu rikonoxximent tad-dinjita’ umana ta’ dawk li għandhom deep-seated homosexual tendencies (p.152).

  • Intervent tal-Arċisqof ta’ Canterbury (2012)

F’diskors li ta lill-World Council of Churches ġewwa Ġinevra, fit-28 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof ta’ Canterbury, Rowan Williams, il-kap attwali tal-Komunjoni Anglikana (sa Diċembru li ġej) wera l-kuntrarjeta’ tiegħu għall-proposti tal-Gvern Ingliż li jressaq leġislazzjoni dwar iż-żwieġ bejn l-omosesswali. Huwa qal dan waqt diskors importanti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liberta’ umana. Williams qal li “a new marriage law for gay couples would amount to forcing unwanted change on the rest of the nation. The law has no right to legalise same-sex marriage”. Huwa jiddibatti dwar fiex tassew jikkonsisti dritt uman, l-aktar fil-kuntest ta’ żvilupp fil-lingwaġġ u l-ideoloġija tad-drittijiet umani. Huwa jfisser kif kull forma ta’ stigma u emarġinazzjoni għandhom jiġu miġġielda fuq il-livell tal-kultura: “If it is said that a failure to legalise assisted suicide – or same-sex marriage – perpetuates stigma or marginalisation for some people, the reply must be, I believe, that issues like stigma or marginalisation have to be addressed at the level of culture rather than law”.[1]

+  +  +  +  +

Dun Hector Scerri

Kummissjoni Teoloġika

[1] Għad-diskors sħiħ, ara s-sit http://www.oikoumene.org/en/resources/documents (a“essat 1.4.2012).

%d bloggers like this: