82. Ir-rażan voluntarju joħroġ b’mod esklussiv minn parir u mhux minn kmandament.

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  23/06/1982.

1. Wara li għamilna l-analiżi tal-kliem ta’ Kristu riferut mill-Vanġelu skont Mattew (Mt19, 10-12), ikun aħjar li ngħaddu għall-interpretazzjoni pawlina tat-tema: verġinità u żwieġ.

Ir-riflessjoni ta’ Kristu rigward ir-rażan għas-Saltna tas-Smewwiet huwa konċiż u fundamentali. Fit-tagħlim ta’ Pawlu, bħal ma se nikkonvinċu ruħna minn hawn u ftit ieħor, nistgħu nindividwaw konnessjoni tal-kliem tal-Imgħallem, madankollu s-sinifikat tal-espressjoni tiegħu (1 Kor 7) fit-totalità tagħha tiġi valutata b’mod differenti. Il-kobor tat-tagħlim ta’ Pawlu jikkonsisti fil-fatt li huwa, waqt li jippreżenta l-verità mxandra minn Kristu fl-awtentiċità u l-identità tagħha kollha, itiha l-marka propja tiegħu, f’ċertu sens l-interpretazzjoni propja “personali”, imma li tqanqlet speċjalment mill-esperjenzi tal-attività tiegħu apostolika-missjonarja, u forsi saħansitra mill-bżonn li jwieġeb għad-domandi konkreti tal-bnedmin, lil-liema din l-attività kienet indirizzata. U hekk insibu f’Pawlu il-kwistjoni tar-rapport reċiproku bejn iż-żwieġ u ċ-ċelibat jew il-verġinità, bħala tema li kienet tnikket l-erwieħ tal-ewwel ġenerazzjoni tal-konfessuri ta’ Kristu, il-ġenerazzjoni tad-dixxipli tal-appostli, tal-ewwel komunitajiet insara. Dan kien jiġri għall-ikkonvertiti mill-elleniżmu, għalhekk mill-paganeżmu; u dan jistà jispjega l-fatt li t-tema hija preżenti appuntu f’waħda mill-ittri indirizzata lill-komunità ta’ Korintu, l-ewwel waħda.

2. Id-don tal-espressjoni kollha huwa mingħajr dubju maġisterjali; madankollu, it-ton bħal-lingwaġġ huwa wkoll pastorali. Pawlu jgħallem id-duttrina trasmessa mill-Imgħallem lill-appostli u, fl-istess ħin, iżomm bħal djalogu kontinwu mad-destinatarji tal-ittra tiegħu dwar it-tema in kwestjoni. Jitkellem bħal surmast klassiku tal-morali, waqt li jiffaċċja u jirrisolvi problemi ta’ koxjenza, u allura l-moralisti jħobbu jduru bi preferenza għall-kjarimenti u għad-deliberazzjonijiet ta’ din l-ewwel ittra lill-Korintin  (cf. 1 Kor 7). Hemm bżonn però niftakru li l-aħħar bażi ta’ dawn id-deliberazzjonijiet tiġi mfittxa fil-ħajja u fit-tagħlim ta’ Kristu nnifsu.

3. L-Appostlu jenfasizza, b’ċarezza kbira, li l-verġinità, jew aħjar ir-rażan volontarju, joħroġ b’mod esklussiv minn pasrir u mhux minn kmandament: “Inkwantu għall-verġni, m’għandi ebda amar mill-Mulej, imma nagħti parir”. Pawlu jagħti dan il-parir  “bħal wieħed li kiseb ħniena mill-Mulej u jistħoqqlu fiduċja” (cf. 1 Kor 7, 25). Kif nistgħu naraw mill-kliem ikkwotat, l-Appostlu jiddistingwi, hekk bħall-Vanġelu (cf. Mt 19, 11-12), bejn parir u kmandament. Huwa, a bażi  tar-regola “dottrinali” tal-fehim tat-tagħlim ipproklamat, irid jagħti parir, jixtieq jagħti pariri personali lill-bnedmin li jduru lejh. Hekk, mela, il-“parir” għandu b’mod ċar fl-ewwel ittra lill-Korintin (cf. 1 Cor 7) żewġ sinifikati differenti.. L-Awtur jenfasizza li l-verġinità hija parir u mhux kmandament, u , fl-istess ħin, jagħti parir kemm lill-persuni diġa miżżewġa, kemm lil dawk li għad iridu jieħdu deċiżjoni f’dan ir-rigward, u fl-aħħar lil dawk li huma fl-istat tar-romol. Il-problematika hija sostanzjalment ugwali għal dik li niltaqgħu magħha fl-espressjoni kollha ta’ Kristu rrappurtata minn Mattew  (cf. Mt 19, 2-12): l-ewwel dwar iż-żwieġ u l-indissolubiltà tiegħu, u mbagħad dwar ir-rażan voluntarju għas-Saltna tas Smewwiet. Bdanakollu, l-istil ta’ tali problematika huwa għal kollox propju : huwa ta’ Pawlu.

4. “Li kieku però xiħadd jaħseb li ma jirregolax lilu nnifsu b’mod konvenjenti fir-rigward tal-verġinità tiegħu, f’każ li hija ‘l hemm mill-fjur tal-età, u jaqbel li jsir hekk, jagħmel dak li jrid: ma jidnibx. Jiżżewġu wkoll! Min mill-banda l-oħra huwa b’qawwa deċiż f’qalbu, billi m’għandu ebda bżonn, imma hu arbitru tal-propja rieda, u ddeeċieda f’qalbu li  jippriserva l-verġinità tiegħu, jagħmel sew. Biex nikkonkludu, dak li jiżżewweġ il-verġinità tiegħu jagħmel sew u min ma jiżżewwiġhiex jagħmel aħjar” (1 Kor 7, 36-38).

5.Min kien talab parir setà kien żagħżugħ, li kien sab ruħu quddiem id-deċiżjoni li jieħu mara, jew forsi miżżewweġ ġdid, li quddiem il-kurrenti axxetiċi eżistenti ġewwa Korintu kien irrifletta dwar il-linja li kellu jagħti liż-żwieġ tiegħu; setà kien ukoll missier jew tutur ta’ tifla, li kienet fdat miegħu il-problema taż-żwieġ tagħha. F’tali każ, din kienet tirrigwarda direttament mid-deċiżjoni li kienet toħroġ mid-drittijiet tutelari tagħha. Pawlu, infatti, jikteb fi żminijiet li fihom id-deċiżjonijiet simili kienu jappartjenu iktar lill-ġenituri jew lit-tuturi milli liż-żgħażagħ infushom. Hu, mela, fit-tweġiba b’dan il-mod għad-domanda magħmula lilu b’dan il-mod, ifittex li jispjega, b’mod ferm preċiż, li d-deċiżjoni dwar ir-rażan, jew aħjar dwar il-ħajja fil-verginità, trid tkun voluntarja u li biss tali rażan huwa aħjar miż-żwieġ. L-espressjonijiet: “jagħmel sew” , “jagħmel aħjar”, huma f’dan il-kuntest kompletament ċari.

6. Madankollu, l-Appostlu jgħallem li l-verġinità, jew aħjar ir-rażan voluntarju, l-astensjoni taż-żagħżugħa miż-żwieġ, toħroġ b’mod esklussiv minn parir u li, fil-kondizzjonijiet xierqa, hija “aħjar” miż-żwieġ. Għall-kuntrarju hawn bl-ebda mod ma tidħol il-kwestjoni tad-dnub: “Inti tinsab marbut ma’ mara? La tfitixx li tinħall. Int liberu minn mara? La tmurx tfittixha. Però jekk tiżżewweġ ma tagħmilx dnub; u jekk iż-żagħżugħa tieħu raġel bħala żewġha, ma tagħmilx dnub” (1 Kor 7, 27-28). A bażi biss ta’ dan il-kliem, ma nistgħux bla dubju nifformulaw ġudizzji dwar dak li l-Appostlu kien jaħseb u jgħallem rigward iż-żwieġ. Din it-tema diġa parzjalment tispjega ruħha fil-kuntest tal-ewwel ittra lill-Korintin (1 Cor 7) u b’mod iktar sħiħ fl-ttra lill-Efesin (Ef 5, 21-23). Fil-każ tagħna, din probabilment għandha x’taqsam mat-tweġiba għad-domanda jekk iż-żwieġ huwiex dnub: u wieħed jistà wkoll jaħseb li f’tali domanda hemm xi influss ta’ kurreneti duwalistiċi prenjostiċi, li iktar tard jittrasformaw f’enkratiżmu u manikeiżmu.  Pawlu jwieġeb li hawn assolutament mhix kwistjoni ta’ dnub. Din m’għandhiex x’taqsam mad-dixxerniment bejn it-“tajjeb” jew il-“ħażin”, imma biss bejn “tajjeb” jew “aħjar”. Wara, huwa jgħaddi biex jiġgustifika għaliex min jagħżel iż-żwieġ “jagħmel tajjeb” u min jagħżel il-verġinità, jew aħjar ir-rażan volontarju, “jagħmel aħjar”.

Dwar l-argumentazzjoni pawlina nieħdu ħsiebha waqt ir-riflessjoni tagħna li jmiss.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >