Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 05/09/1984.
1. Qabel tkellimna dwar ir-regolazzjoni onesta tal-fertilità, skont id-duttrina miġbura fl-enċiklika Humanae Vitae (Pawlu VI, Humane Vitae, n. 19), u fl-eżortazzjoni Familiaris Consortio. Il-kwalifika ta’ “naturali”, li tattribwixxi lilha nfisha għar-regolazzjoni moralment retta tal-fertilità (waqt li nsegwu r-ritmi naturali, cf. Humanae Vitae, 16), tispjega lilha nhisha bil-fatt li l-mod relattiv ta’ kif wieħed iġib ruħu jikkorrispondi għall-verità tal-persuna u allura għad-dinjità tiegħu: dinjità li “min-natura” tixraq lill-bniedem bħala esseri raġonevoli u liberu.
Il-bniedem bħala esseri raġonevoli u liberu, jistà u jerġà jaqra b’intuwitu dak ir-ritmu bijoloġiku li jappartjeni lill-ordni naturali. Jistà u għandu jadatta ruħu għalih, bi skop li jeżerċità dik il-“paternità-maternità responsabbli”, li, skont il-pjan tal-Ħallieq, hija miktuba fl-ordni naturali tal-fertilità umana. Il-kunċett ta’ regolazzjoni moralment retta tal-fertilità mhux ħaġ’oħra għajr il-qari mill-ġdid tal-“lingwaġġ tal-ġisem” fil-verità. L-istess “ritmi naturali inerenti għall-funzjonijiet ġenerattivi” jappartjenu għall-verità oġġettiva ta’ dak il-lingwaġġ, li l-persuni nteressati għandhom jaqraw mill-ġdid fil-kontenut oġġerttiv sħiħ tiegħu. Għandu jżomm quddiem għajnejh li l-“ġisem jitkellem” mhux biss bl-espressjoni kollha eterna tal-maskulinità u tal-femminilità, imma wkoll bl-istrutturi nterni tal-organiżmu, tar-rejattività somatika u psikosomatika. Dan kollu li għandu jsib il-post li jixraq f’dak il-lingwaġġ, li bih jiddjalogaw il-miżżewġin, bħala persuni msejħa għall-komunjoni fil-“għaqda tal-ġisem”.
2. L-sforzi kollha li jfittxu l-għarfien dejjem iktar preċiż ta’ dawk ir-“ritmi naturali”, li jimmanifestaw irwieħhom fir-rapport għall-prokrejazzjoni umana, l-isforzi kollha mbagħad tal-konsulenti familjari u fl-aħħar tal-istess miżżewġin nteressati, ma jimmirawx għall-“bijoliġġazzjoni” tal-lingwaġġ tal-ġisem (biex “jibbijoliġġiżżaw l-etika”, kif xi wħud isostnu b’mod żbaljat). Imma b’mod esklussiv biex jassikuraw l-verità inregrali għal dak il-“lingwaġġ tal-ġisem”, li bih il-miżżewġin għandhom jesprimu lilhom infushom b’mod matur quddiem l-esiġenzi tal-paternità u maternità responsabbli.
L-enċiklika Humanae Vitae tenfasizza diversi drabi li l-“paternità responsabbli” hija marbuta ma’ sforz u impenn kontinwu, u li hi tiġi attwata bi prezz ta’ axxetiżmu preċiż (cf.Pawlu VI,Humanae Vitae, 21). Dawn l-espressjonijiet kollha u oħra simili juru li fil-każ tal-“paternità responsabbli” jew aħjar tar-regolazzjoni tal-fertilità moralment retta, din tfisser li li hija l-veru ġid tal-persuni umani u dak li jikkorrispondi għall-veru dinjità tal-persuna.
3. Li wieħed jagħmel użu mill-“perijodi non-fertili” fil-konvivenza konjugali jistà jsir sors ta’ abbużi, kemm-il darba l-miżżewġin ifittxu b’dan il-mod li jevitaw mingħajr raġunijiet ġusti l-prokrejazzjoni, waqt li jbaxxuha taħt il-livell moralment ġust tat-twelidijiet fil-familja tagħhom. Jinħtieġ li dan il-livell ġust ikun stabbilit billi jqisu mhux biss il-ġid tal-familja propja, kif ukoll tal-istat ta’ saħħa u tal-possibiltajiet tal-istess miżżewġin, imma wkoll tal-ġid tas-soċjetà li jagħmlu parti minnha, tal-Knisja u saħansitra tal-umanità kollha.
L-enċiklika Humanae Vitae tippreżenta l-“paternità responsabbli” bħala espressjoni ta’ valur etiku għoli. Bl-ebda mod ma din hija unilateralment diretta għal-limitazzjoni u ferm inqas għall-esklużjoni tal-ulied; din tfisser ukoll d-diżpożizzjoni għall-ilqugħ ta ‘wild iktar numeruż. Speċjalment, skont l-enċiklika l Humanae Vitae, il-“paternità responsabbli” tattwa “rapport iktar profond għall-ordni morali msejjaħ oġġettiv, stabbilit minn Alla u ta’ liema l-koxjenza retta hija interpretu fidil” (Pawlu VI,Humanae Vitae, 10).
4. Il-verità tal- paternità u maternità responsabbli, u l-implimentazzjoni tagħha, hija marbuta mal-unità morali tal-persuna, u huwa hawn li spiss ħafna tirrivela ruħha d-differenza bejn dak li lilu l-enċiklika tattribwixxi b’mod espliċitu s-supremazija u dak li lilu dan jiġi attribwit fil-mentalità komuni.
Fl-enċiklika tiġi mqiegħda fuq quddiem id-dimensjoni etika tal-problema, waqt li tenfasizza r-rwol tal-virtù tat-temperanza mifhumha b’mod rett. Fil-qasam ta’ din id-dimensjoni hemm ukoll “metodu” adegwat, skont liema taġixxi. Fil-mod komuni tal-ħsieb spiss jiġri li l-“metodu”, mifrud mid-dimensjoni etika li hija tiegħu propja, jiġi mplimentat b’mod purament funzjonali, u saħansitra utilitarju. Waqt li nifirdu l-“metodu naturali” mid-dimensjoni etika, ma nibqgħux inħossu d-differenza li teżisti bejnu u bejn il-“metodi” l-oħrajn (mezzi artifiċjali) u naslu li nitkellmu bħallikieku dan huwa forma differenti ta’ kontraċezzjoni.
5. Mill-punt di vista tad-duttrina awtentika, espressa fl-enċiklika Humanae Vitae hija mela mportanti preżentazzjoni korretta tal-metodu nnifsu, għal-liema jaċċenna l-istess dokument (cf.Pawlu VI,Humanae Vitae, 16); b’mod speċjali, huwa mportanti l-approfondimen tad-dimensjoni etika, li fil-qasam tagħha l-metodu, bħala “naturali”, jakkwista s-sinifikat ta’ metodu onest, “moralment rett”. U għalhekk, fil-kwadru tal-analiżi preżenti, ikun aħjar li ndawru prinċipalment l-attenzjoni għal dak li l-enċiklika ssostni dwar it-tema tal-padronanza tiegħek innifsek u dwar ir-rażan. Mingħajr interpretazzjoni penetranti ta’ dik it-tema la naslu għan-nukleju tal-verità morali, lanqas għan-nukleju tal-verità antropoloġika tal-problema. Diġa qabel kien osservat li l-għeruq ta’ din il-problema jgħoddsu fit-tejoloġija tal-ġisem: u din (meta ssir, kif għandha, pedagoġija tal-ġisem) li tikkostitwixxi fir-realtà il-“metodu” moralment onest tar-regolazzjoni tat-twelid, mifhumha fis-sens tagħha l-iktar profond u l-iktar sħiħ.
6. Waqt li fli ġej jikkaratteriżża il-valuri speċifikament morali tar-regolazzjoni “naturali” tat-twelid (jiġifieri onesta, jew aħjar moralment retta), l-awtur tal-Humanae Vitae imur jesprimi ruħu hekk: “Din id-dixxiplina . . . iġġib lill-ħajja familjari frott ta’ serenità u ta’ paċi u taġevola s-soluzzjoni ta’ problemi oħra; tiffavorixxi l-attenzjoni lejn il-miżżewweġ l-ieħor, tgħin lill-miżżewġin biex iwarrbu l-egoiżmu, għadu tal-imħabba vera u tapprofondixxi s-sens tagħhom ta’ responsabiltà. Il-ġenituri jiksbu magħha l-ħila ta’ influss iktar profond u effikaċi għall-edukazzjoni tal-ulied; it-tfulija u l-ġovinezza jikbru fl-istima ġusta tal-valuri umani u fl-iżvilupp seren u armonjuż tal-fakultajiet tagħhom spiritwali u sensibbli” (Pawlu VI, Humanae Vitae, 21).
7. Is-sentenzi kkwotati itemmu l-kwadru ta’ dak li l-enċiklika Humanae Vitae (Pawlu VI,Humane Vitae, n. 21) trid tfisser bi “prattika onesta ta’ regolazzjoni tat-twelid”. Din hija, bħal ma qed naraw, mhux biss “mod ta’ mġieba” f’qasam determinat, imma atteġġjament li huwa msejjes fuq il-maturità morali ntegrali tal-persuni u flimkien itemmuha.
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb