125. Ir-Rażan Jeħles lil dak li jkun minn Tensjoni Nterna

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  31/10/1984.

1. Inkomplu bl-analiżi tar-rażan, fid-dawl tat-tagħlim miġbur fl-enċiklika Humanae Vitae. Wieħed spiss jaħseb li r-rażan iqanqal tensjonijiet interni, li l-bniedem irid jeħles lilu nnifsu.

Fid-dawl tal-analiżi mwettqa, ir-rażan,  intiż integralment, huwa pjuttost l-unika triq biex il-bniedem jinħeles minn tali tensjonijiet. Din tfisser, xejn iktar għajr l-isforz spiritwali li jaspira li jesprimi l-“lingwaġġ tal-ġisem” mhux biss fil-verità, imma wkoll fl-għana awtentika tal-“manifestazzjonijiet ta’ affett”.

2. Huwa possibbli dan l-isforz? Bi kliem ieħor (u taħt aspett ieħor) terġà lura hawn l-mistoqsija dwar l-“attwabiltà tar-regola morali”, imfakkra u kkonfermati mill-Humanae Vitae. Hija tikkostitwixxi waħda mill-mistoqsijiet l-iktar essenzjali (u attwalment ukoll waħda mill-iktar urġenti) fil-qasam tal-ispiritwalità konjugali.

Il-Knisja hija konvinta għal kollox mill-eżattezza tal-prinċipju li jwettaq il-paternità u l-maternità responsabbli – fis-sens spjegat f’katekeżi preċedenti – u dan mhux biss għal motivi “demografiċi”, imma għal-raġunijiet iktar essenzjali. Responsabbli nsejħu l-paternità u l-maternità li jikkorrispondu għad-dinjità personali tal-miżżewġin bħala ġenituri, għall-verità tal-persuna tagħhom u tal-att konjugali. Minn hawn joħroġ ir-rapport strett u dirett li jgħaqqad din id-dimensjoni mal-ispiritwalità konjugali kollha.

Il-Papa Pawlu VI, fl-Humanae Vitae, esprima dak li mill-banda l-oħra kienu stqarru bosta moralisti u xjenzjati awtorevoli ukoll mhux kattoliċi, u jiġifieri preċiżament li f’dan il-kamp, hekk profondament u essenzjalment uman u personali, jinħtieġ qabel kollox isir riferiment għall-bniedem bħala persuna, għas-soġgett li jiddeċiedi għalih innifsu u mhux għall-“mezzi” li jagħmluh “oġġett” (ta’ manipulazzjoni) u “jiddepersonalizzawh”. Mela hawn jidħol sinifikat awtentikament “umanistiku” tal-iżvilupp u tal-progress taċ-ċiviltà umana.

3. Huwa possibbli dan l-isforz? Il-problematika kollha tal-enċiklika Humanae Vitae ma tirriduċix ruħha sempliċement għad-dimensjoni bijoloġika tal-fertilità umana (għall-kwistjoni tar-“ritmi naturali tal-fertilità), imma tmur lura għas-soġġettività nfisha tal-bniedem, għal dak il-“jien” personali, li għalih huwa raġel jew huwa mara.

Diġa waqt id-diskussjoni tal-Konċilju Vatikan II, b’konnessjoni għall-kapitolu tal- Gaudium et Spes dwar “Dinjità taż-żwieġ u tal-familja u l-valurizzazzjoni tagħha” kien sar kliem dwar il-ħtieġa ta’ analiżi profonda tar-relazzjonijiet ( u wkoll tal-emozzjonijiet) marbutin mal-influwenza reċiproka tal-maskulinità u l-femminilità fuq is-soġġett uman. Din il-problema tappartjeni mhux tant għall-bijoloġija daqskemm għall-psikoloġija: mill-bijoloġija u l-psikoloġija tgħaddi wara fl-isfera tal-ispiritwalità konjugali u familjari. Infatti, hawn din il-problema tinsab f’rapport strett mal-metodu ta’ fehim tal-virtù tar-rażan, jew aħjar tal-padronanza tiegħek innifsek u, b’mod partikolari, tar-rażan perjodiku.

4. Analiżi attenta tal-psikoloġija umana (li hija fl-istess ħin awtoanaliżi soġgettiva u wara ssir analiżi ta’ “oġġett” aċcessibbli għax-xjenza umana), tippermetti li wieħed jasal għal xi affermazzjonijiet essenzjali. Infatti, fir-relazzjonijiet interpersonali li fihom jiġi espress l-influss reċiproku tal-maskulinità u l-femminilità, tinħeles fis-soġġett psiko-emottiv  fil-“jien” uman, maġemb reazzjoni kwalifikabbli bħala “eccitament”, reazzjoni oħra li tistà u għandha tkun imsejħa “emozzjoni”. Għalkemm dawn iż-żewġ ġeneri ta’ reazzjonijiet jidhru marbuta, huwa possibbli tiddistingwihom b’mod sperimentali u “tiddiferenzjahom” rigward il-kontenut jew aħjar l-“oġġett” tagħhom”.

Id-differenza oġġettiva bejn il-ġeneru u l-ieħor ta’ reazzjonijiet tikkonsisti fil-fatt li l-eċċitament huwa qabel kollox “korporju” u f’dan is-sens, “sesswali”; l-emozzjoni iżda – għalkemm imqanqla mir-reazzjoni reċiproka tal-maskulinità u l-femminilità – tirreferi b’mod speċjali għall-persuna l-oħra intiża fl-“integrità” tagħha. Wieħed jistà jgħid li din hija “emozzjoni kkawżata mill-persuna”, in relazzjoni għall-maskulinità jew il-femminilità tagħha.

5. Dak li hawn relattivament nistqarru għall-psikoloġija tar-reazzjonijiet reċiproċi tal-maskulinità u l-femminilità jgħin biex nifhmu l-funzjoni tal-virtù tar-rażan, li dwarha tkellima qabel. Din mhix biss – u linqas prinċipalment – il-ħila tal-“astensjoni” ta’ dak li jkun, jiġifieri l-padronanza tar-reazzjonijiet multipli li jinbarmu fl-influss reċiproku tal-maskulinità u l-femminilità: funzjoni tali tistà tkun definita bħala “negattiva”. Imma teżisti wkoll funzjoni oħra (li nistgħu nsejħulha “pożittiva” tal-padronanza tiegħek innifsek; u din hija il-ħila li tiddirieġi r-reazzjonijiet rispettivi kemm inkwantu għall-kontenut tagħhom kif ukoll inkwantu għall-karattru tagħhom.

Diġa ntqal li, fil-kamp tar-reazzjonijiet reċiproċi tal-maskulinità u l-femminilità, l-“eċcitament” u l-“emozzjoni” jidhru mhux biss bħala żewġ esperjenzi distinti u differenti tal-“jien” tal-bniedem, imma spiss jidhru magħqudin fil-qasam tal-istess esperjenza bħala żewġ komponenti differenti tagħha. Minn diversi ċirkostanzi ta’ natura nterna u esterna jiddependi l-proporzjon reċiproku li tiegħu dawn iż-żewġ komponenti jidhru f’esperjenza determinata. Xi minn daqqiet jirbaħ b’mod ċar wieħed minn dawn il-komponenti, drabi oħra jkun hemm pjuttost ekwilibriju bejniethom.

6. Ir-rażan, bħala ħila li tiddirieġi l-“eċċitament” u l-“emozzjoni” fl-isfera tal-influss reċiproku tal-maskulinità u l-femminilità, għandu l-kompitu essenzjali li jżomm l-ekwilibriju bejn il-komunjoni li fiha l-miżżewġin jixtiequ jesprimu b’mod reċiproku biss l-għaqda intima tagħhom u dik li fiha (almenu b’mod impliċitu) jilqgħu l-paternità responsabbli. Infatti, l-“eċċitament” u l-“emozzjoni” jistgħu jippreġudikaw, da parti tas-soġġett, l-orjentament u l-karattru  tal-“lingwaġġ tal-ġisem” reċiproku.

L-eċċitament ifittex qabel kolloxli jesprimi lilu nnifsu fil-forma tal-pjaċir sesswali u korporju, jew aħjar, jiġifieri jfittex li l-att konjugali li (jiddependi mir-“ritmi naturali tal-fertilità”) jinvolvi l-possibiltà  ta’ prokrejazzjoni. Kuntrarju ta’ dan l-emozzjoni  mqanqla minn esseri uman ieħor bħala persuna, ukoll jekk fil-kontenut emottiv tiegħu hija kkondizzjonatha mill-femminilità jew il-maskulinità tal-“ieħor”, ma tfittixx minnha nfiha l-att konjugali, imma tillimita ruħha għal “manifestazzjonijiet ta’ affett” oħra, li fihom jesprimi ruħu s-sinifikat sponsali tal-ġisem, u li bdanakollu ma jrażżnux is-sinifikat (potenzjalment0 prokrejattiv tiegħu.

Faċli wieħed jifhem liema konsegwenzi  joħorġu minn dan rigward il-problema tal-paternità u l-maternità responsabbli. Dawn il-konsegwenzi huma ta’ natura morali.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: