Kemm jiswa Ġesù?


Fl-2022 se jittella’ musical fi Broadway dwar l-istorja tal-pittura ta’ Leonardo da Vinci, is-‘Salvattor Mundi’. Dan il-portrait ta’ żmien ir-rinaxximent, li kien mitluf għal mijiet ta’ snin, instab f’dan is-seklu.salvator mundi Kien kummissjunat mir-re LwiġI XII ta’ Franza madwar is-sena 1500. Wara li l-pittura ġratilha l-ħsara u tgħattiet b’żebgħa skura, ħasbu li kienet kopja ta’ pittur ftit li xejn magħruf. Fl-2005 il-kwadru nbiegħ f’irkant bħala kopja tal-oriġinal, għal inqas minn 10,000 dollaru.

It-teknoloġija infrared bniet mill-ġdid idejn Ġesù u wriet li x’aktarx kien xogħol ta’ Leonardo nnifsu. Il-prezz għola meta kien f’exhibition fin-National Gallery ta’ Londra fl-2011. Bidel l-idejn bejn kollezzjonisti privati sakemm il-prezz laħaq 450.3 miljun dollaru fl-irkant ta’ Christie’s fl-2017. B’hekk is-‘Salvator Mundi’ saret l-iktar pittura li tiswa fid- dinja.

Imbagħad kien hemm hafna intrigi. ‘Salvator Mundi’ ma deheritx iktar wara l-martell tal-irkant ta’ tliet snin ilu. Il-kwadru [ie mikxuf fil-Louvre ta’ Abu Dhabi fl-2018, u jista’ jkun li jinsab miżmum f’Ġinevra jew fuq il-jott privat tal-prinċep Mohammed bin Salman tas-Sawdi Arabja.

Jekk kwadru ta’ Ġesù jiswa iktar minn 450 miljun dollar, mela Ġesù kemm għandu jiswa għalina li nemmnu fih?

Minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.