1. Il-Misteru tal-Ħolqien


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Ħolqien. Udjenza Ġenerali –  08/01/1986.

1. Fir-riflessjoni immankabbli u meħtieġa l-bniedem ta’ kull żmien huwa mwassal biex jagħmel dwar ħajtu, żewġ domandi joħrorġu b’qawwa, kważi diwi tal-istess leħen ta’ Alla: “min fejn niġu? Fejn se nmorru?”.

Jekk it-tieni waħda tirrigwarda l-futur aħħari,  il-mira definittiva, tal-ewwel tirreferi għall-oriġni tad-dinja jew tal-bniedem, u hija għalhekk daqstant fondamentali. Dwar dan aħna mpressjonati b’mod ġust mill-interess straordinarju rriservat għall-problema tal-oriġni. Dan mhux biss li nkunu nafu meta u kif materjalment nibet il-kożmu u deher il-bniedem, daqskemm pjuttost li niskopru liema sens għandu tali oriġni, u la ġejna f’dan, id-destin għama jew inkella Esseri traxxendenti, intelliġenti u twajjeb, imsejjaħ Alla. Fid-dinja nfatti hemm il-ħażen  u l-bniedem li jesperjenzjah ma jistax ma jistaqsix minn fejn dan jiġi u bir-responsabbiltà ta’ min, u jekk teżistix tama ta’ ħelsien.. “X’inhu l-bniedem, għaliex tiftakar fih?” jistaqsi f’kelma waħda s-Salmista, ammirat quddiem il-ġrajja tal-ħolqien (Sal 8, 5).

2. Il-mistoqsija dwar il-Holqien tiffjorixxi fir-ruħ ta’ kulħadd, tal-bniedem sempliċi u tal-għaref. Wieħed jistà jgħid li x-xjenza moderna twieldet f’kollegament strett, ukoll jekk mhux dejjem f’armonija tajba, mal-verità bibblika tal-ħolqien. U llum, bir-rapporti reċiproċi bejn il-verità xjentifika u l-verità reliġjuża, iċċarati aħjar, bosta u bosta xjenzjati, minkejja li  li jimponu b’mod leġittimu problemi mhux żgħar bħal dawk li jirrigwardaw l-evoluzzjoniżmu tal-forom viventi, b’mod partikolari tal-bniedem, jew dak dwar it-tmiem  inerenti tal-istess kożmu fit-tiswir tiegħu, jaslu li jassumu atteġġjament maġġorment parteċipi u rispettuż fil-konfront tal-fidi nisranija dwar il-ħolqien. Hawn hu mela qasam li jiftaħ għal djalogu benefiku bejn modi ta’ avviċinar għar-realtà tad-dinja u tal-bniedem magħrufin lejalment bħala differenti, madankollu  konverġenti għal livell iktar profond favur tal-bniedem uniku, maħluq – kif tgħid il-Bibbja fl-ewwel paġna – bħala “xbiha ta Alla” u allura bħala “dominatur” intelliġenti u għaref tad-dinja (cf. Ġen 1, 21-28).

3. Aħna l-insara mbagħad nagħrfu bi stagħġib intimu, ukoll jekk b’atteġġjament kritiku xieraq, bħal fir-reliġjonijiet kollha, minn dawk l-iktar antiki li llum għebu, għal dawk illum preżenti fil-pjaneta, infittxu “tweġib għall-enigmi moħbija tal-kondizzjoni umana . . . in-natura tal-bniedem, is-sens u t-tmiem ta’ ħajjitna, il-ġid u d-deni, l-oriġni u l-iskop tat-tbatija . . . minn fejn aħna  noħorġux l-oriġni tagħna u lejn fejn  niġbdu” (Nostra Aetate, 1). Waqt li nsegwu il-Konċilju Vatikan II, fid-dikjarazzjoni tiegħu dwar ir-relazzjoni tal-Knisja mar-reliġjonijiet mhux insara, insostnu mill-ġdid li “l-Knisja kattolika ma twarrab xejn minn dak li huwa veru u qaddis f’dawn ir-reliġjonijiet”,  ġaladarba “mhux rari li jirriflettu raġġi ta’ dk il-verità li ddawwal lill-bnedmin kollha” (Nostra Aetate, 2). U minn naħa oħra hija hekk b’mod innegabbli kbira, vivifikanti u oriġinali l-viżjoni bibbliko-kristjana tal-oriġni tal-kożmu u tal-istorja tal-bniedem b’mod partikolari – u kellha  impatt hekk rilevanti fil-formazzjoni spiritwali, morali u kulturali ta’ popli sħaħ għal iktar minn għoxrin seklu li d-diskors b’mod espliċitu, ukoll jekk b’mod sintetiku, huwa dmir li minnu ma jistax jonqos kull ragħaj u kull katekista.

4. Ir-rivelazzjoni nisranija tesprimi tassew għana straordinarja dwar il-misteru tal-ħolqien, sinjal mhux żgħir u tassew kommoventi tal-ħniena ta’ Alla li propju fuq l-għoqod l-iktar  ta’ dwejjaq tal-eżistenza umana, u allura dwar l-oriġni tagħha u dwar id-destin futur tagħha, riedet tagħmel ruħha preżenti b’kelma kontinwa u koerenti,  għalkemm fil-varjetà tal-espressjonijiet kulturali. Hekk il-Bibbja tiftaħ  b’mod assolut  bl-ewwel, u mbagħad bt-tieni rakkont tal-ħolqien, fejn l-oriġni ta’ kollox minn Alla, tal-ħwejjeġ, tal-ħajja, tal-bniedem (Ġen 1-2), jintiseġ mal-kapitlu l-ieħor doloruż dwar l-oriġni, din id-darba mill-bniedem, mhux mingħajr tentazzjoni tal-malizzjuż, tad-dnub u tal-ħażen (Ġen 3). Imma hawn hu li Alla ma jabbandunax lill-krejaturi tiegħu. U allura xrara ta’ tama tinxtegħel lejn il-ġejjieni ta’ ħolqien ġdid meħlus mill-ħażen (dan hu l-hekk imsejjaħ protvanġelu) (Ġen 3, 15; 9, 13). Dawn it-tlitt iqfieli, l-azzjoni krejatriċi u pożittiva ta’ Alla, ir-ribelljoni tal-bniedem u diġa sa mill-bidu, il-wegħda minn naħa ta’ Alla ta’ dinja ġdida, jiffurmaw id-drapp tal-istorja tal-fidwa, waqt li jiddeċiedu l-kontenut globali tal-fidi nisranija fil-ħolqien.

5. Waqt li fil-katekeżi dwar il-ħolqien li jmiss se jkun mogħti post mistħoqq lill-Iskrittura bħala sors essenzjali, se jkun ix-xogħol tiegħi li nfakkar it-tradizzjoni kbira tal-Knisja, l-ewwel bl-esprssjonijiet tal-Konċilji u tal-maġisteru ordinarju, u wkoll fir-riflessjonijiet appassjonati u penetranti ta’ tant tejoloġi u ħassieba nsara.

Bħal f’mixja maqsuma f’tant  stadji, il-katekeżi dwar il-ħolqien tmiss qabel xejn il-fatt  skwiżit tagħha bħal ma nistqarru fil-bidu tal-Kredu jew Simbolu apostoliku: “Jiena nemmen f’Alla Ħallieq tas-sema u l-art”; nirriflettu dwar il-misteru tas-sejħa mix-xejn tar-realtà kollha maħluqa, waqt li nammiraw  fl-istess ħin l-omnipotenza ta’ Alla u s-sorpriża ferrieħa ta’ dinja   kontinġenti li teżisti bis-saħħa ta’ tali omnipotenza. Nistgħu nagħrfu li l-ħolqien huwa opra amoruża tat-Trinità Mqaddsa u hija rivelazzjoni tal-glorja tagħha. Dan ma jnaqqas xejn, anzi jwettaq, l-awtonomija leġittima tal-ħwejjeġ maħluqa, waqt li għall-bniedem, bħala ċentru tal-kożmu, tiġi riservata għalih attenzjoni qawwija, fir-realtà tiegħu ta’ “xbiha ta’ Alla”, ta’ esseri spiritwali u korporali, suġġett ta’ għarfien u ta’ libertà.  Argumenti oħra jgħinuna iktar ‘il quddiem biex nesploraw din il-ġrajja krejattiva formidabbli, b’mod partikulari il-gvern ta’ Alla fuq id-dinja, l-għerf ta’ kollox u l-providenza, u kif fid-dawl tal-imħabba fidila ta’ Alla l-enigma tal-ħażen u tat-tbatija ssib is-soluzzjoni paċifikanti tagħha.

6. Wara li Alla esprima lil Ġobb l-qawwa divina ħallieqa tiegħu (Ġb 38-41), dan wieġeb lill-Mulej u qal: “Waqt li nifhem li tistà kollox u li ebda ħaġa mhi mpossibbli għalik . . .Jien nafek b’dak li nismà jingħad, imma issa għajnejja jarawk” (Ġb 42, 5). Jalla r-riflessjoni tagħna dwar il-ħolqien twassalna għas-sejba li, fl-att tal-fondazzjoni tad-dinja u tal-bniedem, Alla żerà l-ewwel xhieda universali ta’ mħabbtu qawwija, l-ewwel profezija tal-istorja tal-fidwa tagħna.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.