Mill-1 ta’ Settembru sal-4 t’Ottubru, l-Insara mad-dinja kollha se jiċċelebraw l-‘Istaġun tal-Ħolqien’, kif ukoll il-‘Jum tal-Ħolqien’ fl-1 ta’ Settembru. Il-Konferenza tal-Isqfijiet tal- Knejjes Ewropej u l-Kunsill tal-Isqfijiet Ewropej qed iħeġġu lill-Knejjes fl-Ewropa biex jiġu flimkien għal xahar u jiċċelebraw ir-rikkezza tal-fidi Nisranija bħala espressjoni biex tiġi protetta d-dar komuni.

Il-ħolqien, kif ikkomunikaw il-Kardinal Angelo Bagnasco u r-Rev. Christian Krieger, hu rigal minn Alla għall-bnedmin u għall-kreaturi l-oħra kollha. Hi r-responsabbiltà tagħna, bħala qaddejja t’Alla, li nieħdu ħsieb il-ħolqien.
Huma semmew li l-Papa Franġisku, fl-enċiklika tiegħu Laudato Si’, saħaq li l-isfida urġenti li nipproteġu d-dar komuni tagħna tinludi l-preokkupazzjonli li nġibu lill-familja umana kollha flimkien ħalli jkollna żvilupp sostenibbli u integrali. Fil-Laudato Si’ l-Papa appella wkoll għal djalogu ġdid kif se nfasslu l-futur tal-pjaneta tagħna.
https://www.vaticannews.va/en/church/news/2020-08/season-of-creation-jubilee-for-the-earth.html
Ara wkoll …
MESSAĠĠI MILL-PAPA FRANĠISKU
Jum ta’ Talb għall-Ħolqien – Ċelebrat fl-1 ta’ Settembru
Messaġġ Urbi et Orbi tal-Papa Franġisku. Għid il-Kbir. 12/04/2020.
Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Għożża tal-Ħolqien. 01/09/2019.
Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Għożża tal-Ħolqien. 01/09/2018,
Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien. 01/09/2016.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea