Laudato Si’: Il-Karba tad-Dinja u t-Tnehid tal-Foqra


Esperjenza Ħajja tal-Enċiklika

Din is-sena il-Papa Franġisku jixtieq li nkomplu nifhmu u ngħixu l-valuri u l-proposti li jinsabu fil-Laudato Si’. Għalhekk ic-Centru ta’ Spiritwalità Injazjana flimkien mal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent se joffru serje ta’ riflessjonijiet u esperjenzi ta’ talb ispirati minn din l-Enċiklika. Din l-esperjenza se tmiss il-moħħ, il-qalb u r-ruħ biex permezz ta’ konverżjoni ekoloġika nkunu nistgħu naslu għal imġiba aktar ġusta fid-dinja tagħna.

Esperjenza li se tmiss il-moħħ, il-qalb u r-ruħ

Din is-serje se tkun maqsuma fi tliet taqsimiet, u kull taqsima għandha tliet laqgħat. Kulħadd huwa mistieden jattendi kemm jista’ jkun minn dawn il-laqgħat biex l-esperjenza tkun waħda sħiħa.

L-ewwel serje hija marbuta mat-tema ‘Nesperjenzaw il-Ħolqien

Fiha nesploraw il-Laudato Si’ billi l-ewwel nisimgħu l-għanja tal-Ħolqien u nikkontemplaw il-misteru glorjuż tal-kosmos fil-ktieb tal-Ħolqien, biex niżviluppaw atteġġjament ta’ tifħir u gratitudni lejn il-Ħallieq u sens ta’ fraternità universali mal-Ħolqien.

Il-Laqgħat se jkunu nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru, 6 t’Ottubru u 13 t’Ottubru mis-18.30 sat 20.30 permezz ta’ laqgħat fuq ZOOM.

Prof. Paul Pace, mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, se jagħti input qasir fuq it-tema u tim miċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana se jħejju riflessjonijiet spiritwali permezz ta’ talb varjat. Ikun hemm ukoll ħin ta’ riflessjoni personali u fi gruppi.

It-tieni sett ta’ laqgħat bit-tema Nisimgħu l-Karba tal-Ħolqien se jsiru nhar it-Tlieta 26 ta’ Jannar, 2 ta’ Frar u 9 ta’ Frar 2021.

It-tielet sett ta’ laqgħat bit-tema Nwieġbu għall-Karba tal-Ħolqien se jsiru nhar it-Tlieta 4 ta’ Mejju, 11 ta’ Mejju u 18 ta’ Mejju 2021.

Min hu interessat huwa mitlub li jimla l-formola li tinsab fuq dan is-sit: https://form.jotform.com/202372783887064 .

Għal aktar informazzjoni tistgħu tiktbu lil cvella@jesuits.org.mt. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas. Kulħadd huwa mistieden.