L-Udjenza tal-Papa: wiċċ imb wiċċ u mhux minn skrin għal skrin


“Infejqu d-dinja”: 5. Is-solidarjetà u l-virtù tal-fidi

L-Udjenza fil-Bitħa ta’ San Damasu

“Wara tant xhur, qed nerġgħu nibdew il-laqgħa tagħna wiċċ imb wiċċ u mhux minn skrin għal skrin. Wiċċ imb wiċċ. Kemm hi ħaġa sabiħa! Il-pandemija attwali wrietna l-interdipendenza tagħna: ilkoll aħna marbuta, wieħed mal-ieħor, kemm fil-ħażin u kemm fit-tajjeb. Għalhekk, biex noħorġu aħjar minn din il-kriżi, dan jeħtieġ nagħmluh flimkien. Flimkien, u mhux waħidna, flimkien. Waħidna le, għax ma jistax ikun! Jew naħdmu flimkien jew m’aħniex se naslu. Jeħtieġ nagħmluha flimkien, ilkoll kemm aħna, fis-solidarjetà. Fuq din il-kelma nixtieq nagħfas illum: solidarjetà.”

Hekk beda l-katekezi tiegħu l-Papa Franġisku dalgħodu waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, li din id-darba saret fil-Bitħa ta’ San Damasu fil-Vatikan. F’din il-katekeżi tal-lum il-Papa kompla jitkellem dwar it-tema li beda propju ħames ġimgħat ilu, “Infejqu d-dinja.”

Ara l-katekeżi kollha tal-Papa Franġisku fil-Laikos … http://www.laikos.org/papa_frangisku_udjenza_02092020.htm

Tista’ ssib il-Katekezijiet kollha tal-Papa Franġisku minn hawn …

https://www.laikos.org/Fr1-Gabriet_Tematici_Index.htm