Epidemija li qed tiġġenera l-korruzzjoni


Fid-diskors tiegħu fil-laqgħa tal-OSCE (l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa) li saret fi Praga, ir-Repubblika Ċeka, fl-10 u l-11 ta’ Settembru, l-Arċisqof Charles Balvo, in Nunzju Apostoliku għar-Republika Ċeka qal li l-korruzzjoni hi periklu tassew rejali għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tal-OSCE.

Qal li hawn tħassib li l-ammonti kbar ta’ fondi li ngħataw għall-Covid-19 qed jattiraw attivitajiet kriminali u allura hemm ir-riskju li dawk fil-bżonn ta’ għajnuna finanzjarja jistgħu jibqgħu mingħajr dak li jeħtieġu b’mod urġenti.

L-Arċisqof qal li biex niġġieldu l-korruzzjoni, hu importanti nirrikonoxxu li l-korruzzjoni tinsab, f’livelli differenti, f’kull stat li hu parti mill-OSCE. Waqt li l-pandemija hi “test tremend għall-komunità internazzjonali”, l-Arċisqof Balvo qal li “din tipprovdi opportunità vera biex jinstabu soluzzjonijiet ġodda li jfittxu il-ġid komuni”. Qal ukoll li hemm bżonn naġixxu b’kuraġġ u nqajmu l-kuxjenzi, filwaqt li nneħħu l-indifferenza għall-perċessjoni dwar is-severità tal-pandemija.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea