Illum il-Knisja tfakkar l-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija


Fit-12 ta’ Settembru l-Knisja tfakkar l-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija.

Skont drawwa Lhudija, il-ġenituri ta’ Marija tawha isimha tmint ijiem wara t-twelid tagħha. Huwa għalhekk li l-festa tal-Isem Imqaddes ta’ Marija ssir wara dik tat-twelid tagħha. Il-festa oriġinat fi Spanja u kienet approvata mis-Santa Sede fl-1513. Il-Papa Innoċent XI estenda din il-festa lill-Knisja kollha fl-1683 wara li r-Re tal-Polonja, Ġwanni Sobieski ħareġ rebbieħ fuq it-Torok fit-12 ta’ Settembru, 1683. Din il-ġurnata kienet iċċelebrata fi Vjenna.

Minn żmien San Ġeremija sas-seklu sittax, l-isem ta’ Marija kien interpretat f’diversi forom, l-aktar popolari kien, ‘Stella Maris,’ il-Kewkba tal-Baħar. Fi żmien ir-Rinaxximent permezz ta’ studju Lhudi, saret kritika assenjata mal-ismijiet mogħtija lill-Verġni Marija, bil-ħsieb li tingħata stima aktar qawwija. Miryãm deher li kien l-isem ġenwin bil-Lhudi, u ma nstabet l-ebda raġuni valida, li permezz ta’ dan l-isem Lhudi titbaxxa l-awtorità sovrana tagħha. Għalhekk Marija tieħu l-virtù tas-sovranità mingħand Binha li għandu l-awtorità bħala Sid id-dinja. Bħal ma ngħidu li Ġesù hu l-Mulej, hekk ukoll insejħu lil Marija, ‘Is-Sinjura Tagħna.’ Kull darba li nlissnu l-isem tagħha naffermaw il-qawwa tagħha, nitolbu l-għajnuna tagħha u npoġġu lilna nfusna taħt il-protezzjoni tagħha.

X’jgħidu l-qaddisin fuq l-isem tal-Imqaddsa Verġni Marija:

  • “L-Isem ta’ Marija fih il-leqqitur tal-virtujiet, id-dawl ħelu tal-modestja u s-sagrifiċċju li jogħġob lil Alla. Huwa s-sinjal tal-ospitalità u ċ-ċentru tal-qdusija.” ~ San Franġisk Saverju
  • “Imberkin dawk li jgħożżu l-Isem ta’ Marija. L-għajnuna tagħha żżommhom fis-siegħa tal-prova u huma jġibu l-frott tas-salvazzjoni.” ~ Sant’Antnin ta’ Padova
  • “M’hemmx isem ieħor, wara dak tal-Iben, kemm fil-ġenna kif ukoll fl-art, minn fejn imħuħ devoti qalgħu daqshekk grazzji, tama u ħlewwa, mill-isem tal-Verġni Marija.” ~ Abbati Francone
  • “Tkun kemm tkun il-qalb iebsa u b’nuqqas ta’ fiduċja, l-isem tal-Imqaddsa Verġni Marija għandu tant qawwa, li jekk biss jingħad, dik il-qalb tirtab.” ~ Beatu Rajmondu Jordano
  • “L-isem tiegħek, O Omm Alla, hu mimli bil-grazzji u l-barkiet divini.” ~ San Metodju
  • “L-isem tiegħek, O Marija, ma jistax jitlissen mingħajr ma jaqla’ xi grazzja lil dak li jkun semma’ dan l-isem bl-akbar devozzjoni.” ~ San Bonaventura
  • “M’hemm l-ebda qawwa f’isem, lanqas hemm xi isem ieħor mogħti lill-bniedem, wara dak ta’ Ġesù, li minnu ħarġet is-salvazzjoni tal-bnedmin, daqs l-isem ta’ Marija … li d-devozzjoni lejn dan l-isem ħlejju u qaddis twassal għall-abbundanza ta’ grazzji f’din il-ħajja, u glorja qawwija għall-ħajja li jmiss.” ~ San Rikardu ta’ San Lawrenz
  • “O Marija, agħmel li ismek ikun dejjem miegħi fil-perikli, fid-dwejjaq, kif ukoll fil-ferħ.” ~ Sant’Anselmu

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.