Nerġgħu lura għan-normalità?

Print Friendly, PDF & Email

Nerġgħu lura għan-normalità ta’ qabel il-pandemija? “Le” wieġeb il-Papa Franġisku, “għax din kienet normalità marida sa minn qabel il-pandemija.”

Dan qalu l-Papa Franġisku waqt il-katekeżi tiegħu fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2020.

“Nistgħu nagħtu ħajja ġdida lis-soċjetà u ma nerġgħux lura għall-hekk imsejħa ‘normalità’, li hi normalità marida, anzi kienet marida sa minn qabel il-pandemija: il-pandemija wrietha iktar! ‘Issa nerġgħu lura għan-normalità’: le, dan mhux sew għax din in-normalità kienet marida bl-inġustizzji, nuqqasijiet ta’ ugwaljanza u qerda ambjentali.

“In-normalità li għaliha aħna msejħa hi dik tas-Saltna ta’ Alla, fejn ‘l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, l-Evanġelju jixxandar lill-foqra’ (Mt 11:5). U ħadd ma għandu jilgħabha tal-iblah u jħares band’oħra.”

Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku flimkien ma filmat bis-sub-titles bil-Malti fil-Laikos … https://www.laikos.org/papa_frangisku_udjenza_30092020.htm

%d