Illum il-Knisja fakkret l-Anġli Kustodji Mqaddsa


Il-Knisja tgħallimna li Alla ħalaq l-Anġli kustodji biex jieħdu ħsiebna u jigwidawna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Hu ħalaqhom biex ikunu medjaturi tal-grazzja tiegħu. Nistgħu ngħidu li l-Anġli kustodji tagħna jħobbuna b’imħabba perfetta, għax l-għan tagħhom hu li jgħinuna nsiru qaddisin.

‘Anġlu’ jfisser messaġġier. Għalhekk, ir-rwol ċentrali tal-anġli hu li jwaslulna u jgħinuna biex aħna nagħrfu r-rieda u l-ħsibijiet t’Alla għalina fil-ħajja ta’ kuljum.

Ħaġa sabiħa li llum, kull wieħed u waħda minna nirriflettu fuq id-don tal-Anġlu Kustodju tiegħu. Ejjew matul dan il-jum nitolbuh, ħalli jgħinna nagħżlu l-għażliet it-tajba li jwasluna għas-sema pajjiżna.

Għal aktar tagħrif fuq l-Anġli Kustodji idħol fuq s-sit: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/2018/09/14/2-ta-ottubru-l-anglu-kustodji-mqaddsa/