Il-Papa dwar in-nirien fl-Amerika u l-paċi fin-Nagorno-Karabakh


Il-Papa Franġisku fit-talba tal-Anġelus, waqaf ftit biex jiftakar f’dawk li huma milqutin minn nirien qawwija li ħakmu diversi postijiet fil-kosta tal-punent tal-Istati Uniti. “Nixtieq nesprimi l-avviċinanza tiegħi lejn il-poplu milqut minn dawn in-nirien li qed jaħkmu diversi postijiet fid-dinja, kif ukoll lil tant volontiera u dawk il-ħaddiema tat-tifi tan-nar li qed jirriskjaw ħajjithom biex jitfu n-nirien”. “Ħafna nirien jibdew minħabba n-nixfa ma taqta’ xejn, imma mhux nieqsa dawk li jinbdew mill-bnedmin!”

Il-Papa wkoll dawwar ħsibijietu fil-konflitt li hemm fir-reġjun ta’ Nagorno-Karbakh. Hu laqa’ t-twaqqif tal-ġlied temporanju bejn l-Armenja u l-Azerbajġan, li beda jseħħ mis-Sibt wara nofs-in-nhar. “Anke jekk il-ftehim jidher fraġli ħafna, ‘mma ninkuraġixxi li dan jerġa’ jibda u nesprimi s-simpatija tiegħi għal dawk li tilfu ħajjithom, għal dawk li qed ibatu, u għal dawk li tilfu djarhom, u postijiet ta’ talb”.

Il-Papa ħeġġeġ lil kulħadd biex jitolbu għal vittmi u dawk li ħajjithom qegħdha fil-periklu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://laikos.org/papa_frangisku_angelus_11102020.htm