Il-Papa fl-Angelus


Il-Papa jfakkar ‘Jum il-Missjoni’ billi jrodd ħajr lil Alla għall-ħelsien ta’ missjunarju, kif ukoll jitlob għall-Paċi u stabilità fil-Libja.  

Il-Papa Franġisku fit-talba tal-Anġelus, fakkar jum il-Missjoni, fejn radd ħajr lil Alla tal-ħelsien tal-Missjunarju Fr. Pierluigi Macalli flimkien ma tlett ostaġġi oħra, wara li sentejn ilu Fr Pierluigi ġie maħtuf minn grupp ta’ militanti Jihadisti. Il-Papa talab “biex inkomplu nitolbu għall-missjunarji w l-katekisti w anki għal dawk li huma persegwitati jew li jinħatfu f’diversi nħawi tad-dinja”.

Il-Papa dawwar ħarstu billi ta’ kelma ta’ nkoraġġiment u sostenn lis-sajjieda Taljani u Tunesin li fl-1 ta’ Settembru li għadda nqabbdu minn petrol boat Libjana, u li ġew akkużati li kienu qed jistadu fit-teritorju Libjan. Il-Qdusija Tiegħu qal ukoll biex nibqgħu nitlobu biex ikomplu jsiru taħdidiet fuq livel internazzjonali, biex ikunu ta’ fejda għall-ġejjieni tal-Libja. “Ħuti, waslet is-siegħa li titwaqqaf kull għamla ta’ ostilità favur djalogu li jwassal għall-paċi, għall-istabbilita u għall-għaqda fil-pajjiż”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://laikos.org/papa_frangisku_angelus_18102020.htm