Messi ma jfissirx ‘goals’, imma kolazzjon

Print Friendly, PDF & Email

Il-missjoni fil-Mozambique, Messi ma jfissirx ‘goals’, imma kolazzjon.

Għad-deletanti tal-isport, Lionel Messi hu magħruf bħala l-plejer tal-futbol li kisser diversi records. Messi rebaħ 6 darbiet il-ballun tad-deheb u 5 darbiet iż-żarbun tad-deheb, iżomm ir-rekord tal-iktar player li skorja f’La Liga Spanjola u fit-tazzi Ewropej. Lionel skurja l’fuq minn 700 goal fil-karriera tiegħu kemm fuq livell ta’ klub kif ukoll nazzjonali. L-unika unur li l-attakant Arġentin għadu ma kissibx hu dak li jirbaħ it-tazza tad-dinja.

Imma għal fuq minn 15-il elf tifel u tifla mill-Mozambique, Messi mhux sinonimu mas-suċċessi w l-unuri, ‘mma mal-kolazzjon.

Messi jaf li tfal għandhom bżonn l-għajnuna, meta kien tifel kellu jemigra lejn Spanja biex jirċieva l-kura medika, li fl-aħħar mill-aħħar waslitu li jsir plejer professjonali tal-futbol.

Fis-snin 2014-2015, saċerdot Arġentin Fr. Juan Gabriel Arias, li hu missjunarju fil-Mozambique iltaqa’ ma koppja  famuża, l-preżentatur Arġentin Julian Weich u l-mara tiegħu, li dawn huma magħrufin ħafna għal-għajnuna li huma jagħtu lil min hu fil-bżonn. Din il-koppja wasslu biex Fr Arias issir jaf bil-fondazzjoni li waqqaf Lionel Messi, u li jieħu ħsiebha missier il-plejer.

Il-fondazzjoni Lio Messi tgħin lil Fr Juan billi jqassmu f’40 skola, ikla ta’ kuljum b’ħafna protejini u li tgħin fil-ġlieda kontra l-malnutrizzjoni. Dan il-proġett qed issir fil-Mangundze, f’belt rurali ta madwar 80 elf ruħ, li fid-djar tagħhom la għandhomm aċċess għal-ilma tax-xorb, lanqas il-possibiltà li jkollhom gas, sanità u lanqas eletriku.

Fuq livell nazzjonali, kważi viċin ta’ wieħed minn kull tnejn taħt l-eta ta’ ħames snin isoffru minn malnutrizzjoni kronika. Imma bis-saħħa ta’ dan il-proġett, tul dawn l-aħħar 4 snin, fil-Mangundze, il-malnutrizzjoni naqset ħafna. It-tfal irridu jmorru l-iskola, u xi ġenituri jġegħlu lit-tfal jimxu l-fuq minn 4 mili kuljum, dan biex jiġi żgurat li t-tfal tagħhom qed jieklu tajjeb u qed jiġu mgħallma.

Fr Juan Gabriel Arias stqarr: “Bħala missjunarju, hu mportanti ħafna li għandu l-għajnuna tal-fondazzjoni Messi”.

Is-Saċerdot Arġentin stqarr ukoll li mis-sena 2013 ‘l hawn kellu l-grazzja li jqata’ ġimgħa kull sena mal-Papa f’dar Santa Marta, fejn qed ikollu ċans jitlob, jistudja, jistrieħ u jiltaqa’ ftit mal-Papa u jaqsam il-ħidma tiegħu miegħu. “Qatt ma tlaqt mill-Vatikan b’idejja vojta” tenna Fr Arias, “kieku ma kienetx l-għajnuna tal-Papa, jien ma kontx nasal biex insostni l-istruttura enormi fil-Mangundze”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://cruxnow.com/church-in-africa/2020/10/at-mozambique-mission-messi-doesnt-mean-goals-but-breakfast/

%d