Hekk ħeġġeġ il-patriarka ekumeniku ta’ Konstantinopli Bartolomeo I, waqt l-intervent li lbieraħ filgħaxija għamel waqt it-talb li sar għall-paċi, fil-bażilika ta’ Santa Marija fi Trastevere.
Fir-riflessjoni tiegħu fuq il-kelma mill-Evanġelju ta’ San Ġwann “Ma sejjaħtilkomx iktar qaddejja, imma sejjaħtilkom ħbieb”, Bartolomeo dawwar il-ħsieb tiegħu fuq il-komunità ta’ San Eġidju u qalilhom: “hu t-tifħir lil Alla u l-attenzjoni lejn dawk li jiġu l-aħħar (fis-soċjetà) li l-frott huwa verament l-imħabba dejjiema u li tibqa’”. Il-Patriarka kompla billi qal: “Ħobb bħalma kien iħobb Kristu, li jfisser li tingħata kompletament, mingħajr ma toqgħod tkejjel u mingħajr ma toqgħod tistenna xejn lura, u dan ir-rigal qatt ma jista’ jinjora l-maħfra, li rridu noffruha mingħajr ebda kundizzjoni”.
Il-patrijarka ekumeniku ta’ Konstantinopli enfasizza biex jaqsmu flimkien din it-togħma ta’ ħbieberija u ta’ din l-imħabba li Ġesù offra bl-abbundanza.
Illum wara nofs in-nhar, il-patriarka ekumeniku ħa sehem mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku u mal-President tar-Repubblika tal-Italja, Sergio Mattarella, f’laqgħa internazzjonali ta’ talb għall-paċi bejn ir-reliġjonijiet kbar tad-dinja bit-titlu ‘Ħadd ma jsalva waħdu – paċi u fraternità’.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: