Ċelebrazzjoni bi tħejjija għal Kristu Re f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Bi tħejjija għas-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu, id-Djoċesi ta’ Għawdex ħejjiet sussidju li jista’ jsir waqt Adorazzjoni Ewkaristika jew inkella waqt Ċelebrazzjoni tal-Kelma.

Matul iċ-ċelebrazzjoni, isir talb ta’ maħfra u talb ta’ ringrazzjament fil-waqt li t-talb ta’ ġemgħa jinkludi wkoll petizzjoni biex il-Mulej jeħles lid-dinja mill-pandemija.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir Att ta’ Konsagrazzjoni lil Kristu Sultan u Barka Sagramentali, inkella f’każ ta’ ċelebrazzjoni tal-Kelma ssir barka miċ-ċelebrant.

%d