Il-ġuħ ma jagħmilx udjenza


Il-ġuħ fid-dinja ma jiddisturbax l-irqad tagħna jew l-iskedi tat-tv li jirriflettu s-soċjetà, fejn f’dawn l-aħħar snin rajna fran dejjem mixgħula u diversi kokijiet jew aspiranti tagħhom, persuni li tistħajjilhom irġejjen tal-kamera jisfidaw lil xulxin għall-ħoss ta’ sukkulenti imqadded. Dan kollu hu grazzja t’Alla, li dejjem irridu nkunu grati lejh, imma dan ma jawtorizzaniex li ngħalqu għajnejna fuq id-differenza – u sfortunatament qed tikber – li f’partijiet fid-dinja, hemm nies li qed jgħixu u jmutu f’kundizzjonijiet opposti.

Id-dejta tal-aħħar rapport li ħareġ mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura ta’ 16 t’Ottubru juru ċar: fis-sena 2019, 690 miljun ruħ fid-dinja soffrew minn ġuħ, ħafna iktar mill-Ewropa kollha, li taqbeż ftit iktar minn ħames mitt miljun abitant. In-numri qed jiżdiedu, fejn kien hemm aktar minn 10 miljun ruħ iżjed mis-sena ta’ qabel u kważi 60 miljun ruħ aktar fl-aħħar ħames snin. Huwa bħalikieku, f’ħames snin l-Italja kollha sabet ruħha bil-ġuħ. Dan qed juri li 25% tal-popolazzjoni fid-dinja, jiġifieri persuna minn kull erba’ m’għandhomx aċċess għal ikel suffiċjenti, b’saħħtu u nutrittiv.  

Meta bħalissa d-dinja kollha hi mifnija bil-pandemija, hu diffiċli ħafna li suġġetti mhux popolari jingħataw udjenza, iżda minkejja l-gravità tal-mument, il-COVID-19 ma tawtorizzax biex ngħalqu għajnejna għar-realtà jew għal kif inhuma l-koabitanti tal-pjaneta. Il-pajjiżi kollha tad-dinja donnhom fehmu u, fil- 25 ta’ Settembru 2015, il-193 pajjiż membru fl-ONU, iffirmaw għal-Aġenda 2030, ‘programm ta’ azzjoni għan-nies, għall-pjaneta u l-prosperità’, li, fit-tieni punt, qed jippjanaw li jtemmu l-ġuħ fil-15-il sena li kienu ġejjin.

Kif sejrin l-affarijiet? Mhux tajjeb, skond il-wegħdiet li saru. Fid-dettal: L-Asja hu l-akbar kontinent b’numru ta’ nies li għandhom nuqqas kbir ta’ ikel (381 miljun), warajhom il-kontinent tal-Afrika (250 miljun), Amerika Latina u l-Karibew (48 miljun). Fl-ewwel ħames snin tal-Aġenda 2030, il-malnutrizzjoni u l-persentaġġ ġenerali ta’ nies li qed ibatu bil-ġuħ niżel bi ftit (8,9%), filwaqt li n-numri assoluti żdiedu. D-differenza dejjem qed tikber: L’Afrika hija l-iktar milquta u sejra għall-agħar b’19.1% tal-popolazzjoni nieqsa minn nutriment tagħha, d-doppju mill-Asja u mill-Amerika Latina u l-Karibew. Jekk ħa jibqgħu sejrin hekk l-affarijiet, sa sena 2030 l’Afrika ser ikollha aktar minn nofs il-ġuħ kroniku tad-dinja. 

Ma dan kollu issa żdiedet il-pandemija, li ser tħalli l-konsegwenzi tagħha. Għalkemm dawn huma biss stimi, r-Rapport imsemmi hawn fuq jipotizza li fl-2020, bejn 83 sa 132 miljun ruħ jistgħu jsofru minn ġuħ, preċiżament minħabba riċessjoni ekonomika kkawżata mill-koronavirus.

X’jista’ jsir biex jinbidlu l-affarijiet u nerġgħu naqbdu t-triq biex jintlaħqu l-miri? Studju li kien sar mill-FAO tas-sena 2015, ikkwantifika li hu meħtieġ investiment globali ta’ $267 biljun fis-sena għal-15-il sena biex jintgħeleb il-ġuħ sal-2030. Dan hu studju ffinanzjat mill-gvern Ġermaniż, li issa ġie aġġornat li jeħtieġ 330 biljun. Ħafna? Iva, naturalment. Imma biex nagħmlu paragun – iċ-ċifra hi viċin ħafna tal-qligħ li jagħmel f’sena l-Amazon (280 biljun fis-sena 2019) u l-Apple (260biljun).

Sadanittant, id-differenza bejn il-bnedmin qed tkompli tikber: 2.9 biljun huma mitmugħa ftit u ħażin, filwaqt li fil-pajjiżi sinjuri, l-obeżità hija ħażin ukoll daqs il-COVID. U, għal darb’ oħra l-iskedi tat-televiżjoni huma prova ta’ dan: ma jonqsux ix-xandiriet iddedikati lil minn hu oħxon, u għalkemm jintilfu l-ħajjiet, dawn jibqgħu fl-ajru.

U allura, f’dinja fraterna, li xi kultant ndawru dharna lejn xulxin, il-Papa Franġsiku għandu kliem li jgħodd: “nitkellmu fuq patt globali għall-edukazzjoni, ekoloġija ntegrata, dar komuni, fond komuni kontra l-ġuħ – niftakru ‘li aħna lkoll ninsabu fl-istess dgħajsa’. Imma l-biża tal-COVID-19, jidher aktar sempliċi biex niftħu qlubna u l-moħħ tagħna jiffokka biex it-tqassim li jitqassam isir aktar b’mod ġust skond il-bżonnijiet tal-bnedmin”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.agensir.it/mondo/2020/10/22/la-fame-non-fa-audience/