Wieħed mit-tliet vittmi fil-Katidral kien is-Sagristan

Print Friendly, PDF & Email

Vincent, is-sagristan tal-Katidral ta’ Nizza

Wieħed mit-tliet vittmi tal-attakk li sar nhar il-Ħamis 29 ta’ Ottubru fil-Katidral ta’ Nizza kien is-sagristan,

Vincent Loquès, ta’ 54 sena. Il-mewt tiegħu bikkmet lill-parruċċani li jafuh bħala raġel ta’ fidi, dejjem bit-tbissima u ħsiebu biex jagħmel kollox f’postu. Kien iħobb il-katidral li fittex biex ikun dejjem isbaħ. Kien għaddej bit-tħejjija għall-festa tal-Qaddisin kollha. Il-knisja kienet qisha s-salott tiegħu għax fiha kien jgħaddi ħinijiet twal. Kien jgħin ħafna lill-kappllan anzjan li nbidel f’dawn l-aħħar ġimgħat. Kien jinqala’ għal kollox u ma kienx iħalli xemgħa mitfija. Vincent kien raġel ta’ saħħa u żgur li t-terrorista attakkah minn wara.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

%d