“Inqdew bil-COVID biex tkunu nies aħjar.”


Il-pandemija tal-COVID-19 tista’ tiġbed ‘tip ta mħabba soċjali’ hekk kif in-nies qed jingħaqdu flimkien biex ilaħħqu mal-konsegwenzi tat-tixrid tal-koronavirus. Dan kien il-messaġġ li ta l-Kardinal Louis Antonio Tagle, il-Prefett tal-Kongragazzjoni tal-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, kif ukoll il-President tal-Karitas Internazzjonali, fil-magazine ‘The Tablet’.

Il-Kardinal Louis Antonio Tagle

Kardinal Tagle wissa wkoll bil-periklu li nies tiffoka fuq it-tħassib personali tagħhom li huma stess qed jaffaċċjaw id-diffikultajiet tal-pandemija. “Din il-pandemija qed taffetwa lil kulħadd, u filwaqt li huwa leġittimu li naħsbu fis-sigurtà tagħna u tal-membri tal-familja tiegħu, nittamaw li jisfida lilna lkoll biex nikkontribwixxu għas-soluzzjoni jew inkella biex titnaqqas il-pandemija. Nispera li tgħinna nkunu bnedmin aħjar, kif ukoll familja umana aħjar. It-theddida tal-individwaliżmu hu dejjem hemm, u dan il-periklu jrid jiġi mrażżan.

Ir-rwol tal-Knisja f’dan iż-żmien ta’ pandemija, huwa li tkun viċin tal-vulnerabli hu min hu u ta’ liema reliġjon hu. Il-Karitas Internazzjonali, matul il-pandemija, qed tipprovdi lin-nies b’maskli tal-wiċċ, diżinfettant, ikel u għarfien dwar il-virus. Hi qed tieħu pariri minn esperti dwar il-marda biex tkun tista tiggwida x-xogħol tagħha.

Bħala President tal-Federazzjoni tal-Bibbja Kattolika, l-Kardinal Tagle qal, li jsib l-għerf fl-Iskrittura, ‘mma qal li d-dinja teħtieġ ukoll xhieda tal-għerf, mhux biss bil-kliem, imma l-umiltà hija parti essenzjali tal-għerf.  Hu rrikonoxxa, li l-Knisja teħtieġ li tisma iktar lil dawk it-tfal li sofrew abbuż sesswali, lid-divorzjati u dawk li reġgħu żżewġu, lil persuni omosesswali, li lkoll ħassewhom abbandunati mill-Knisja. “l-imħabba tagħna lejhom għandha tkun ibbażata fuq id-dinjita tagħhom”.

Kardinal Louis Antonio Tagle ħeġġeġ lil Knisja biex tkun solidali mar-refuġjati kif ukoll mal-migranti sfurzati. Waqt xi żjarat li għamlu f’kampijiet tar-refuġjati, huwa semgħa stejjer ta’ nies li ħarbu mill-gwerra u l-faqar, iżda meta ħarbu, “sabu bibien magħluqa”, stqarr il-Kardinal. Huwa ħeġġeġ lin-nies biex ikunu aktar imħassba dwar is-sitwazzjoni mwiegħra tar-refuġjati, speċjalment tat-tfal li qed jgħixu f’kampijiet u li jinsabu f’riskju li jsiru vittmi tal-iskjavitù.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.thetablet.co.uk/news/13540/use-covid-to-be-better-people-says-cardinal-tagle