L-Avvent fiż-żmien ta’ pandemija

Print Friendly, PDF & Email

Din is-sena se jkun Avvent differenti ħafna peress lir-restrizzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ  f’ħafna pajjiżi minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Madankollu, skond l-Arċisqof ta’ Armagh u l-Primat tal-Irlanda kollha, Eamon Martin stqar – “forsi din is-sena iktar minn qatt qabel – għandna bżonn ideat w ispirazzjoni biex jgħinuna nidħlu aktar fil-fond matul is-sigħat tagħna t’iżolament u restrizzjoni, biex insibu dak id-dawl, dik in-nota ta’ ferħ, dik il-wegħda ta’ konsolazzjoni”.

Nhar it-Tlieta, l-Irlanda se tneħħi l-ogħla livell ta’ restrizzjonijiet. Il-Knejjes se jkunu jistgħu jerġgħu jinfetħu għaċ-ċerimonji iżda “miżuri restrittivi” jibqgħu fis-seħħ. Qabel il-bidu tal-Avvent, l-Arċisqof Martin ħeġġeġ lin-nies biex “jaqsmu t-tama” f’dan  l-istaġun. “L-istaġun tal-Avvent joffrilna bidu ġdid u wegħda ta’ tama għal żminijiet aħjar” huwa qal. L-Arċisqof enfasizza li “l-istaġuni tal-Avvent u l-Milied iseħħu fil-fond tax-xitwa u jfakkruna li Kristu twieled biex iġib it-tama f’dinja mudlama”.

Sadanittant, minħabba l-pandemija, fil-perjodi tal-Avvent u tal-Milied il-programmar tat-televiżjoni pubbliku fil-Ġermanja se jxandar diversi ċelebrazzjonijiet tal-Knisja Kattolika kif ukoll dik tal-Knisja Protestanta. Il-Konferenza Episkopali Taljana qalet li qed tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni attwali tas-saħħa u qed tikkollabora mal-gvern.

Fil-kuntest attwali tal-pandemija, mmarkat minn luttu, u kollass ekonomiku, l-isqfijiet esprimew ix-xewqa li jagħmlu vjaġġ flimkien mal-familji, mal-parroċċi u l-komunitajiet reliġjużi, flimkien mal-“ibliet li tant esperjenzaw diffikultajiet u huma ħerqana għal awtentiċi tkabbir u fidwa vera minn kull faqar u skjavitu”.

Ara paġna b’għadd ta’ riżorsi għall-Avvent, fosthom ukoll għal ċelebrazzjoni ta’ Avvent fid-dar u mal-familja … https://www.laikos.org/avvent/

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/church/news/2020-11/advent-in-a-time-of-pandemic.html