Il-fraġilità hija parti mill-ħajja ta’ kulħadd.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku, f’messaġġ biex jimmarka l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità, enfasizza l-importanza tal-inklużjoni u l-parteċipazzjoni attiva għal dawk b’diżabilità. Huwa jiddenunzja wkoll il-kultura li tiġi skartata, li din taffettwa l-aktar lil vulnerabli.

It-tema ta’ din is-sena hija: “Nibnu Lura Aħjar: Lejn Diżabilità-inklussiva, Aċċessibbli u Sostenibbli”. B’din it-tema f’moħħu, l-Papa Franġisku jesprimi l-qrubija tiegħu għal dawk li “qed jesperjenzaw sitwazzjonijiet ta’ diffikultà partikolari waqt il-kriżi kkawżata mill-pandemija”. Il-Papa stqarr li “lkoll kemm aħna qegħdin fl-istess dgħajsa f’nofs baħar imqalleb li jista’ jbeżżagħna. Madankollu f’din l-istess dgħajsa, wħud minna qed nitħabtu aktar; fosthom hemm persuni b’diżabilità serja”.

Il-Papa kkummenta li sab l-espressjoni ‘nibnu lura aħjar’ pjuttost impressjonanti. Fil-messaġġ tiegħu, huwa tkellem dwar il-kultura li tintrema, u li hija “mifruxa fi żminna u li qed taffettwa b’mod speċjali lil dawk l-aktar vulnerabli, li fosthom hemm persuni b’diżabilità”.

Huwa rrikonoxxa l-passi mportanti li ttieħdu f’dawn l-aħħar ħamsin sena, kemm fuq il-livell ċivili kif ukoll dak ekkleżjali, biex jippromwovu l-inklużjoni ta’ dawk li “jesperjenzaw limitazzjonijiet fiżiċi u psikoloġiċi”. Iżda fuq il-livell kulturali, huwa rrimarka, “li għad hemm ħafna xkiel f’din it-tendenza”.

B’referenza għas-sitwazzjoni attwali tas-saħħa, l-Papa qal li l-pandemija preżenti “enfasizzat id-disparitajiet u l-inugwaljanzi mifruxa fi żminna, partikolarment għad-detriment ta’ dawk l-aktar vulnerabbli”. Għal din ir-raġuni, huwa saħaq fuq l-importanza ta’ ‘Inklużjoni’. Il-Papa enfasizza li din għandha tkun il-‘blata’ li fuqha jibnew programmi w inizjattivi ta’ istituzzjonijiet ċivili u ekkleżjali “maħsuba biex tiżgura li ħadd, speċjalment dawk fl-akbar diffikultà, ma jitħallew lura”.

Il-Papa Franġisku enfasizza bil-qawwi li hu “dritt tal-persuni b’diżabilità li jirċievu s-sagramenti, bħall-membri l-oħra tal-Knisja…. Ħadd m’għandu jkun eskluż mill-grazzja ta’ dawn is-sagramenti”. Il-Papa Franġisku enfasizza wkoll il-fatt li persuni b’diżabilità jixtiequ jsiru suġġetti attivi tal-ministeru pastorali, u mhux sempliċiment ir-riċevituri tiegħu. “It-tħassib tagħna għandu jkun mhux biss li nieħdu ħsiebhom, iżda wkoll li niżguraw il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-komunità civili u ekkleżjali”. Il-Papa żied jgħid li “l-parteċipazzjoni attiva ta’ persuni  b’diżabilità fix-xogħol tal-katekeżi tista’ tarrikkixxi ħafna l-ħajja tal-parroċċa kollha”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-frailty-is-part-of-everybody-s-life.html

Ara l-Messaġġ tal-Papa Franġisku bil-Malti …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.