Kardinal Cantalamessa hu l-predikatur tal-priedki tal-Avvent fil-Vatikan.


It-tema tal-priedki għal din is-sena hija mill-vers tas-Salmi: “Għallimna ngħoddu jiem ħajjitna, sabiex aħna nimxu bil-għaqal.” (Salm 90,12)

Il-Predikatur għad-Dar Pontifikali, l-Kardinal il-ġdid Raniero Cantalamessa, llum il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru beda serje ta’ priedki għall-Avvent. Il-priedki qed isiru fis-Sala Pawlu VI, minħabba l-ħtieġa ta’ distanza soċjali matul il-pandemija. Bħalma jiġri s-soltu, l-Papa Franġisku se jkun preżenti għal dawn il-priedki annwali tal-Avvent.

Il-Patri Kapuċċin, li nħatar Predikatur għad-Dar Pontifikali fl-1980, għażel it-tema tiegħu mill-vers tas-Salmi: Għallimna ngħoddu jiem ħajjitna, sabiex aħna nimxu bil-għaqal.” (Salm 90,12)

Il-Kardinal Cantalamessa issa serva bħala predikatur għal tliet papiet differenti matul dawn l-40 sena. F’intervista riċenti mal-Vatican News, il-Kardinal irrifletta fuq l-esperjenza tiegħu: “Li naħsbu li Papa bħal Ġwanni Pawlu, Benedittu, u anke Franġisku jsibu l-ħin biex jisimgħu patri sempliċi Kapuċċin huwa eżempju li huma taw lill-Knisja kollha, eżempju tal-istima għall-Kelma ta’ Alla. F’ċertu sens, huma huma li jippridkaw lili.”

Fl-ewwel priedka li saret illum, Cantalamessa rrifletta fuq it-tifsira tal-mewt li tifforma pont għall-ħajja eterna. Hu beda r-riflessjonijiet tiegħu bil-poeżija ta’ 10 kelmiet ta’ poeta Taljan miktub matul l-ewwel Gwerra Dinjija, iżda li tesprimi wkoll l-esperjenza tal-umanità tal-pandemija Covid-19: “Aħna bħal weraq fuq is-siġar fil-ħarifa”. Il-Kardinal qal lis-sitwazzjoni attwali tad-dinja wasslitu biex jiffoka l-priedki tal-Avvent tiegħu fuq iċ-ċertezza tal-fidi quddiem il-fraġilità tal-ħajja umana.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-12/cardinal-cantalamessa-to-preach-advent-sermons-at-vatican.html

Kif ukoll: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-12/raniero-cantalamessa-first-advent-sermon-death-eternity.html

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.