Għajnuna lis-Sirjani li qed ibatu

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jħeġġeġ lill-aġenziji tal-għajnuna Kattolika biex jgħinu lis-Sirjani u lill-Iraqini li qed ibatu

Il-Ħamis 10 ta’ Diċemrbu, l-Papa Franġisku beda b’messaġġ bil-vidjo għall-laqgħa virtwali tal-mexxejja tal-Knisja fil-Lvant Nofsani. L-laqgħa ffokat fuq il-kriżi umanitarja li għaddejjin minnu s-Sirja u l-Iraq, kif ukoll il-Libanu, t-Turkija u l-Ġordan. Din il-laqgħa kienet organizzata mid-Dikasteru tal-Vatikan għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Uman Integrali. 

Għal din il-laqgħa ħadu sehem diversi rappreżentanti ta’ karitajiet u Knejjes Kattoliċi lokali, nkluż organizzazzjonijiet ta’ għajnuna, rappreżentanti djoċesani, u kongregazzjonijiet reliġjużi li joperaw fil-Lvant Nofsani. Skond stqarrija għall-istampa, l-laqgħa fittxet li ttejjeb il-koordinazzjoni bejn diversi istituzzjonijiet tal-Knisja sabiex ittejjeb il-ħajja tan-nies li qed ibatu fir-reġjun.

Il-Papa Franġisku esprima l-appoġġ tiegħu għal dan il-għan. “Kull sforz – kemm żgħir jew kbir – imwettaq biex jippromwovi t-triq tal-paċi huwa bħal li żżid birks mal-istruttura ta’ soċjetà ġusta, li hija miftuħa u milqugħa, u fejn kulħadd jista’ jsib post biex jgħix fil-paċi”.

Il-Papa żied jgħid li ħafna drabi jaħseb dwar dawk mil-Lvant Nofsani li ġew sfurzati jaħarbu minn djarhom minħabba l-kruhat tal-gwerra. Huwa lmenta b’mod speċjali dwar is-sitwazzjoni mwiegħra ta’ tant Insara li ħarbu mill-post tat-twelid tagħhom, fejn l-ewwel li fjorixxiet il-fidi tagħhom. “Irridu naħdmu biex niżguraw li l-preżenza Nisranija f’dawk l-artijiet tibqa’ dik li kienet: sinjal ta’ paċi, progress, żvilupp, u rikonċiljazzjoni bejn il-popli,” huwa qal.

Il-Qdusija Tiegħu mbagħad dawwar il-ħsibijiet tiegħu lejn l-aġenziji Kattoliċi li jipprovdu għajnuna umanitarja fir-reġjun. Huwa offrilhom kelma ta’ inkoraġġiment “fuq l-eżempju tas-Samiritan it-Tajjeb, aħdmu bla heda biex tilqgħu u tieħdu ħsieb u takkumpanjaw lill-immigranti u l-persuni mxerrda f’dawn l-artijiet, mingħajr distinzjoni ta’ twemmin”. Il-Papa Franġisku fakkar dak li dejjem jistqarr li “l-Knisja mhix NGO”. “Ix-xogħol tal-karità tagħna għandu jkun ispirat mill-Evanġelju u fil-Vanġelju”.

Il-Papa kkonkluda l-messaġġ awdjo-viżiv billi sellem lill-mexxejja tal-Knisja fil-Lvant Nofsani bl-assigurazzjonijiet tiegħu tat-talb u l-barka kostanti tiegħu. “J’Alla din il-laqgħa ġġib lin-nazzjonijiet tagħkom frott abbundanti ta’ prosperità, żvilupp u paċi, għal ħajja ġdida”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-video-message-syria-iraq-humanitarian-crisis.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d