Id-drittijiet tal-bniedem, il-Vanġelu u d-dinjità tal-bniedem

Print Friendly, PDF & Email

Il-Viżjoni Nisranija tad-drittijiet tal-bniedem marbuta mal-Vanġelu u d-dinjità tal-bniedem

Jum id-Drittijiet tal-Bniedem huwa ċċelebrat kull sena fl-10 ta’ Diċembru. Timmarka d-data meta l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat, fl-1948, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) – dokument importanti li jipproklama lid-drittijiet ta’ kulħadd ma jistgħux jitneħħew irrispettivament mill-kulur, razza, reliġjon, sess, proprjetà, twelid, lingwa jew status.

L-Arċisqof Ivan Jurkovič, l-Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għan-Nazzjonijiet Uniti

It-tema ta’ din is-sena hi “Irkupru Aħjar – Qum għad-drittijiet tal-Bniedem”. Din it-tema hi relatata mal-kriżi tas-saħħa Covid-19 li għaddejjin minnu bħalissa, u tiffoka fuq l-importanza li nibnu lura aħjar billi niżguraw lid-Drittijiet tal-Bniedem jkunu fiċ-ċentru tal-isforzi ta’ rkupru. In-Nazzjonijiet Uniti nnutaw wkoll li jistgħu jintlaħqu l-għanijiet globali komuni biss jekk “noħolqu opportunitajiet indaqs għal kulħadd, nindirizzaw il-fallimenti esposti u sfruttati minn Covid-19 u napplikaw l-istandard tad-drittijiet tal-bniedem biex nindirizzaw l-inugwaljanza, l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni”.

L-Arċisqof Ivan Jurkovič, l-Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għan-Nazzjonijiet Uniti jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet ta’ kulħadd. Huwa jinnota l-progress miksub mill-komunità internazzjonali fid-difiża tad-dinjità tal-bniedem, għalkemm ftit minnu huwa diffiċli li jiġi kkwantifikat. Madankollu josserva li hemm ħafna iktar xi jsir rigward ir-rispett tad-drittijiet fil-livell tal-valuri antropoloġiċi u reliġjużi. Huwa jżid li l-ħidma tal-Knisja għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija spirata mill-viżjoni Nisranija tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll marbuta mal-Vanġeli u mad-dinjità umana.

l-Arċisqof enfasizza wkoll ir-rwol vitali tas-Santa Sede fin-Nazzjonijiet Uniti bħala vuċi li tindika kwistjonijiet ta’ tħassib, inkluża l-libertà tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Huwa jispjega li r-rwol mhux biss prammatiku jew funzjonali, iżda wkoll ibbażat fuq pedamenti reliġjużi.

Biex jikkommemora dan il-Jum annwali, l-Papa Franġisku, fi tweet qal: “Kulħadd huwa msejjaħ biex jikkontribwixxi b’kuraġġ u determinazzjoni għar-rispett tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem ta’ kull persuna, speċjalment ta’ dawk ‘inviżibli’: tal-ħafna li huma bil-ġuħ, li huma għeri, morda, barranin jew detenuti”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-12/human-rights-day-jurkovic-united-nations.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.