San Ġwanni Pawlu II f’San Salvador


PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIL- BRAŻIL. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Salvador da Bahia, 7 ta’ Lulju 1980 (B)

Eċċċellenza Mons. Arċisqof Kardinal Avelar Brandao Vilela,
Monsinjur Arċisqof koadjutur Mons. Joao de Souza Lima,
Monsinjur Isqof Awżiljarju Tomàs Murphy,
Ħutyi fl-Episkopat u fis-saċerdozju ministerjali,
maħbubin uliedi, reliġjużi u lajċi.

1. Ilu kważi 480 sena li mdawwar minn grupp ta’ skoprituri u forsi mill-Indios mistagħġba u kurjużi li, fra Henrique de Coimbra iċċelebra l-Quddiesa fuq ir-ramel tax-xtajta mgħammda mbagħad bħala Porto Seguro. Illum ridtu li s-sagrifiċċju ewkaristiku jkun tifkira kommemorattiva ta’ dik l-ewwel quddiesa fil-Brażil.

Din iċ-ċirkostanza tipprovdi lir-rit preżenti karattru singolari u dimensjoni ġdida. Dawn huma l-għeruq storiċi tal-Brażil li joħorġu f’din iċ-ċelebrazzjoni.

F’dan il-kontest il-qari li smajna jixxandru jwasslu messaġġ u jitolbu l-meditazzjoni tagħna.

It-test ta’ San Mattew jirriproduċi waqt deċiżiv tal-Knisja. Dan huwa l-waqt li fih l-Irxuxtat, fi tmiem il-ħajja tiegħu terrena, għandu jirritorna għand il-Missier. Baqà l-Appostli u baqgħet il-Knisja, imwielda mill-poter ikkomunikat lill-Verb inkarnat u mingħandu trażmess lill-Appostli. Xinhi l-missjoni tal-Knisja u tal-Appostli? “Għallmu lill-Ġnus kollha” – jordna Ġesù -, għallmuhom jgħixu skont il-Vanġelu. Għammdu fl-isem ta’ Alla wieħed u tlieta. Kunu afu li jiena sejjer, imma nibqà magħkom sal-aħħar taż-żmien (cf. Mt 28,18-20).

L-Appostlu Pawlu jirrifletti fuq din il-missjoni, billi kellu quddiem għajnejh l-ħajja konkreta ta’ Knisja fost oħrajn. Huwa jaraha waħda u multipla. Multipla fid-diversità tal-kariżmi, tal-ministeri u l-attivitajiet, waħda fl-uniku Spirtu li jqanqal id-diversità. Multipla fil-varjetà tar-razez, tal-kondizzjonijiet soċjali, tal-provenjenza ta’ dawk li huma msejħa biex jiffurmawha, waħda għaliex waħda biss hija l-magħmudija li tintroduċi lil kulħadd fil-Knisja. Multipla bħal ma multipli huma l-membri, waħda skont ix-xbiha tal-unità tal-ġisem.

Il-Knisja sa mit-tbexbix tagħha diġa timmedita dawn it-testi u dawn il-messaġġi, imma tagħraf li għadha ma approfondithomx kemm tixtieq (u forsi għad jasal jum li fih tapprofondihom?). Fis-sitwazzjonijiet konkreti differenti hija terġà taqra dawn it-testi u tiskrutinizza dawn il-messaġġi bix-xewqa li tiskopri fihom applikazzjoni ġdida. Ejjew nagħmlu kuntatt magħhom għal darb’oħra f’din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika espressiva.

Intom ridtu li l-quddiesa tal-Papa fil-passaġġ tiegħu f’din il-belt ikun it-tifkira kommemorattiva ta’ quddiesa oħra: dik li kienet l-ewwel iċċelebrata fl-art hekk kif ġiet skoperta. Allura x’nista ngħidilkom?

2. L-ewwel osservazzjoni li rrid nagħmel hija li waqt li l-maġġotanza tal-popli jaslu li jagħrfu lil Kristu u l-Vanġelu wara sekli tal-istorja tagħhom, in-nazzjonijiet tal-kontinent Latin-Amerikan u, fosthom b’mod speċjali l-Brażil, twieldu nsara. Il-karavelli li fit-3 ta’ April 1500 daħlu fil-bajja ta’ Porto Seguro wasslu wkoll lill-ewwel missjunarji u evanġelizzaturi, l-ulied ta’ San Franġisk. Kif niżlu minn abbord Pedro Alvares Cabral u l-ewwel kolonizzaturi, twaqqaf salib u ġiet iċċelebrata l-ewwel quddiesa, li għaliha kienu preżenti, ammirati, numru ta’ indiġeni. Taw lill-artijiet skoperti ġodda l-isem ta’ Art Santa Cruz. Dawn il-fatti, fis-sebħ tal-Brażil, kellhom jimmarkaw b’mod profond l-istorja issa illum sekulari għal ħames darbiet tan-nazzjon il-ġdid li twieled għall-Punent.

Fenomenu identiku seħħ għall-Amerka Latina kollha, bħal ma naqraw fil-konklużjonijiet ta’ Puebla: “L-Amerka Latina tikkostitwixxi l-isfera storika li fiħa jiltaqgħu tliet universi kulturali: L-indiġenu, l-abjad u l-Afrikan, mogħnija mbagħad minn diversi kurrenti migratorji. Hawn jiltaqgħu fl-istess ħin modi differenti ta’ kif wieħed jikkonċepixxi d-dinja, il-bniedem u Alla, u kif jirrejaġixxi quddiemhom. Hawn twettqet speċi ta’ ibridazzjoni Latino-Amerikana…” (Puebla, 307).

Li hu ċert hu li Appostli, bħal Patri José de Anchieta, li kelli l-pjaċir ninkludi fil-katalgu tal-beati tal-Knisja fit-22 ta’ Ġunju li għadda, intefgħu b’mod deċiż man-naħa tal-popolazzjonijiet indiġeni, waqt li tgħallmu l-lingwa, assimilaw il-gosti, addattaw ruħhom għall-mentalità tagħhom billi ddifendew il-ħajja u, fl-istess ħin xandrulhom il-verità feddejja ta’ Ġesù Kristu, ikkonvertewhom għall-Vanġelu, għammduhom u integrawhom fil-Knisja.

3.Hekk, twieled il-Kristjaneżmu  Brażiljan, li rriżulta, bħall-Brażil innifsu,  bħala wieħed mill-amalgami l-iktar important tal-istorja umana. Hawn tħalltu tul tliet sekli, l-indju, l-ewropew u l-afrikan u, mis-seklu li għadda, ġew biex jiżidiedu magħhom id-demm u l-kulturi tal-Għarab, kif ukoll il-Kristjani Maroniti u l-emigranti Ġappuniżi Asjatiċi, li illum jikkostitwixxu komunità kbira, predominentement kattolika. F’dan is-sens il-Brażil joffri xhieda pożittiva bil-kbir. Hawn qiegħda tinbena taħt l-ispirazzjoni nisranija komunità multi-razzjali. Tapit veru ta’ razez, kif isostnu s-soċjoloġi, imħalltin ilkoll mir-rabta tal-istess lingwa u tal-istess fidi.

Hekk jibqgħu definiti b’dan il-mod, almenu bħala linja ġenerali, il-karatteristiċi ta’ dan il-poplu żagħżugħ, dinamiku, ħaddiem, tama kbira tal-Knisja. Poplu ta’ reliġjożità profonda, bħal ma jippruvaw mhux biss l-ismijiet tal-istati – Sao Paolo, Spirito Santo, Santa Catarina – u ta’ bosta kapitali – Belém, São Luiz, Salvador jew id-devozzjoni kbira lejn Omm Alla, invokata taħt titoli varji, imma b’mod speċjali taħt it-titlu ta’ “Nostra Signora Aparecida”; il-festi popolari taċ-“Cirio di Nazaré”, tas-“Signor do Bonfim”, tad-“Divin Spirtu Santu”, li għalihom in-nies jirrikorru tant numerużi; il-proċessjonijiet, karatteristiċi għas-sehem kbir ħafna, tal-“encontro”, tal-“Mulej mejjet”, tal-“Mulej Irxuxtat”, tal-qaddisin patruni; imma wkoll is-sapport tal-fidili lill-Isqfijiet u s-saċerdoti tagħhom, lill-Papa, vigarju ta’ Kristu u suċċessur ta’ San Pietru.

Dawn huma iktar provi tar-reliġjożità kbira tal-Brażiljani kattoliċi fil-maġġoranza assoluta ta’ wliedu.

Bdanakollu hemm bżonn li nħarsu ‘l quddiem u mhux lura. Hemm bżonn inkunu nafu niksbu mill-imgħoddi l-lezzjonijiet għall-ġejjierni. Huwa urġenti li nippromwovu l-veru progress, li jirriżulta minn process ta’ żvilupp integrali, waqt li nsalvaw a kwalunkwè kost il-valuri sagri tal-fidi, tal-morali, u tal-familja. Hija din, għeżież uliedi, l-isfida l-kbira li tridu tiffaċċjaw. Din hija d-dmir il-kbir tagħkom, ħuti fl-Episkopat, saċerdoti, reliġjużi u lajċi kattoliċi. Agħmlu sforz biex ma tiddiżappuntawx it-tamiet li l-Papa għandu fikom. Kunu denji tal-missjunarji li jevanġelizzawkom, denji tal-insara li ġew qabilkom fil-fidi.

4. Naf li qegħdin tiddiskutu wkoll bejnietkom, bħal fl-Afrika li ftit ilu żort, it-toroq ġusti tal-proċess ta’ integrazzjoni. Iva, hija sagra u denja ta’ rispett fl-elementi essenzjali tagħha, il-kultura ta’ kull poplu. Imma huwa wkoll important, niftakru d-drittijiet ta’ Alla, tal-Knisja u tal-Vanġelu. Hekk, b’mod ugwali, id-dritt fundamentali ta’ kull bniedem għall-benefiċċji tar-redenzjoni imwettqa minn Ġesù Kristu. “Kull bniedem għandu jkun jistà jiltaqà ma’ Kristu”, fakkart fl-enċiklika “Redemptor Hominis” (Ġwanni Pawlu II, Redemptor Hominis, 13). Kull bniedem, fil-fatt, għandu bżonn Kristu, hu nnifsu bniedem perfett u salvatur tal-bniedem. Il-vera fidi mhijiex f’kontradizzjoni linqas mal-valuri reliġjużi tar-reliġjon ta’ kull poplu, ladarba tirrivelalhom il-veru wiċċ ta’ Alla, li huwa missier. Il-fidi nisranija tirrispetta l-espressjonijiet kulturali ta’ kwalunkwè poplu, dment li jkunu valuri veri u awtentiċi.

Imma li tittraskura li titrażmetti lill-bnedmin kollha d-depożitu integru tal-fidi jkun infedeltà lill-istess missjoni tal-Knisja. Dan ikun ekwivalenti għal nuqqas ta’ għrfien lill-bnedmin ta’ dritt tagħhom fundamentali: id-dritt għall-verità.

Huwa ċar li x-xandir tal-fidi jissupponi adattament għall-mentalità ta’ dawk li huma evanġelizzati. Imma bl-ebda mod però dan l-adattament ma jinvolvi espressjoni u xandir tal-Vanġelu mhux sħiħ. Aħna għassiesa tal-kelma ta’ Alla u, allura m’għandniex id-dritt li nisfigurawha fil-predikazzjonijiet tagħha, ikunu diretti lil min ikunu. U linqas ma jingħad li l-evanġelizzazzjoni għandha neċessarjament, issegwi l-proċess ta’ umanizzazzjoni. Il-veru appostlu tal-Vanġelu huwa dak li jumanizza u jevanġelizza fl-istess ħin, fiċ-ċertezza li min jevanġelizza jiċċivilizza wkoll. Huwa b’dan il-mod li wieħed għandu jipproċedi. Ftakruh b’mod kostanti l-missjunarji u l-evanġelizzaturi ta’ dan l-għażiż Brażil li l-impenn tagħhom ewlieni kien l-Vanġelu, billi kienet kompetenza u dmir ewlieni tal-Istat li joffri lil kull Brażiljan il-kondizzjonijiet mitluba għal ħajja denja, riżultat tas-sodisfazzjon konvenjenti tal-bżonnijiet ewlenin meħtieġa tal-eżistenza. B’mod sussidjarju biss tmiss lill-Knisja s-soluzzjoni tal-problemi ta’ ordni temporanju.

Il-Knisja tixtieq tidħol f’kuntatt mal-popli kollha u mal-kulturi kollha. Hija stess trid tarrikkixxi bil-valuri veri tal-kulturi l-iktar differenti. Il-liturġija hija wieħed mill-oqsma – bla ebda dubju mhux l-uniku – għal dan l-interskambju bejn il-Knisja u l-kulturi. F’dan is-sens l-esperjenza turi b’mod konvinċenti li huwa possibbli li tissalvagwarda b’mod reliġjuż dawk il-veritajiet u espressjonijiet kulturali li l-awtorità ekkleżjasika leġittima tipproponi bħala ta’ istituzzjoni divina, u tirrispetta b’fedeltà amoruża u attentat it-testi u r-riti li l-istess awtorità leġittima deliberatament teskludi mill-krejattività tal-individwi u gruppi – kummentaturi, animaturi litirġiċi, presidenti ta’ assembleji ewkaristiċi, ċelebranti ewlenin tas-sagramenti –, u fl-istess ħin tagħti liċ-ċelebrazzjoni karattru ta’ inkarnazzjoni fl-ambjent li fih hija tiċċelebra; l-għaqal li bih iċ-ċelebranti u l-presidenti jiżvolġu l-irwol tagħhom huwa ta’ importanza estrema.

Għandhom jibbenefikaw minn dan interskambju permanenti u fertili kemm il-kultura indiġena, kif ukoll sewda u Ewropea, kif ukoll, għaliex ma ngħiduhx, l-istess Knisja f’pajjiżkom.

5. Hawn jidħol b’mod opportun aċċenn, ukoll jekk qasir, għal tema prominenti. Diversi dokumenti tal-Knisja universali, tal-Knisja fl-Amerka Latina u tal-Knejjes partikolari tagħkom ittrattaw il-problema tar-reliġjożità popolari. Niftakar l-eżortazzjoni apostolika “Evangelii Nuntiandi” (cf. Pawlu VI Evangelii Nuntiandi, 48) tal-predeċessur tiegħi Pawlu VI, id-dokumenti ta’ Medellin, il-konklużjonijiet ta’ Puebla (cf. Puebla, 444-469)u l-enciklika tiegħi “Redemptor Hominis” (Ġwanni Pawlu II, Redemptor Hominis, 13 et 14). Ninnota b’ferħ li wkoll fil-Brażil qegħdin isiru riċerki, qed jinkitbu kitbiet u qiegħed isir sforz dejjem ikbar fis-sens li tkun irrispettata r-reliġjożità popolari li, bdanakollu, hija hi wkoll espressjoni ta’ dimensjoni profonda tal-bniedem. Hija r-ruħ stess tal-poplu li tiffjorixxi fl-espressjonijiet u manifestazzjonijiet tar-reliġjożità popolari, xi wħud tassew sinċieri.

Fl-iktar profond tar-reliġjożità popolari dejjem jinsab il-ġuħ veru tas-sagru u tad-divin.

Huwa allura meħtieg li la niddisprezzawha, u linqas nirridikolizzawha. Huwa meħtieg li nikkultivawha u nservu r-reliġjożità popolari biex nimeljoraw l-evanġelizzazzjoni tal-poplu. Il-manifestazzjonijiet reliġjużi popolari, ippurifikati mis-sottovaluri tagħhom, minn kull superstizzjoni u maġija, jikkostitwixxu bla ebda dubju mezz providenzjali għall-ġibda tal-mases fl-adeżjoni tagħhom għall-fidi tal-antenati tagħhom u għall-Knisja ta’ Kristu. “Bħall-Knisja kollha, ir-reliġjon tal-poplu għandha tkun evanġelizzata dejjem mill-ġdid. Fl-Amerka-Latina wara kważi ħames sekli ta’ predikazzjoni tal-Vanġelu u tal-magħmudija mogħtija b’mod ġeneralizzat lill-abitanti tagħha, din l-evanġelizzazzjoni għandha tagħmel appell għat-“tifkira nisranija tal-popli tagħna:. L-evanġelizzazzjoni, mela se tkun xogħol ta’ pedagoġija pastorali, li bih il-kattoliċeżimu popolari jiġi meħud, ippurifikat, komplut u dinamizzat mill-Vanġelu. Dan jimplika, fil-prattika, terġà taqbad djalogu pedagoġiku, tibda mill-aħħar konnessjonijiet li l-evanġelizzaturi tal-imgħoddi ħallew fil-qalb tal-poplu tagħna.

Għalhekk hemma bżonn li nkunu nafu s-simboli, il-lingwaġġ silenzjuż u mhux verbali tal-poplu, biex jirnexxilna nikkomunikaw, fi dalogu vitali, il-bxara t-tajba permezz ta’ process ta’ riinformazzjoni katekistika” (Puebla, 457).

6. Waqt li nżur l-Istat ta’ Bahia u l-belt tagħkom ta’ Salvador, benniena tan-nazzjon Brażiljan u punt tat-tluq tal-evanġelizzazzjoni tal-pajjiż kbir tagħkom, insellem b’qalb kbira lill-gruppi etniċi differenti li ltaqgħu u tħalltu: l-indiġeni, in-nies ta’ kuluri differenti, l-Ewropej tal-Portugal u ta’ nazzjonijiet oħra, l-orjentali u l-Asjatiċi. Ippreservaw b’kostanza kbira fit-triq li mxew sallum. Kunu fidili lejn il-missjoni storika tagħkom fl-Amerka Latina u fid-dinja. Intom qegħdin turu b’suċċess kif il-liġi fundamentali tal-kristjanrżmu, il-fraternità, tistà twassal għall-konvivenza armonjuża u kostruttiva tal-futur l-iktar popli differenti. Intom ukoll il-prova ta’ kif ir-rieda tajba allejata mal-fidi nisranija tistà tibni demokrazija kkaraterizzata mill-umaneżmu u mill-fraternità.

Dwar l-għeruq storiċi tagħkom wieħed jistà jgħid li dawn jitrażmettu żewġ lezzjonijiet: dik ta’ kultura mpenjata, diġa mill-ewwel waqt tal-eżistenza propja, mill-valuri tal-fidi, u mill-kapaċità li din l-istess fidi għandha li tintegra razez u gruppi etniċi l-iktar differenti. Mhux mingħajr raġun mela li l-istudjużi tal-Brażil josservaw li, flimkien mal-lingwa, il-fidi kattolika tal-maġġoranza tal-poplu tagħkom hija fattur prominenti ta’ din l-integrazzjoni li tisfida l-ostaklu tad-distanzi enormi, tal-komunikazzjonijiet diffiċli, tad-differenzi klimatiċi.

Il-Mulej jixtieq li d-differenza fl-għaqda evokata mit-testi ta’ din il-quddiesa titwettaq bil-perfezzjoni possibbli fil-livelli kollha tal-komunità nazzjonali tagħkom. Għal dan il-Mulej ikoprikom bil-barkiet tiegħu.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.