Ġwanni Pawlu II f’Recife, il-Brażil

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIL-BRAŻIL
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Recife, 7 ta’ Lulju 1980

Għeżież ħuti.

Intom b’mod speċjali, ħaddiema tal-art tal-Grigal u, ir-rapreżentati minnkom, ħaddiema tal-art tal-Brażil kollu.

1. L- ewwel kelma tiegħi, sempliċi ħafna, imma li twieġeb għal impuls tal-qalb, hija ta’ tislima tassew kordjali.

Insellem lil dawk li jinsabu hawn,  b’ min jaf kemm sagrifiċċji.  Intom ġejtu bla ebda dubju mbuttati mill-fidi u xewqana li taraw u tisimgħu lill-Vigarju ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dan il-ġest ma jissorprendinix għaliex ilni żmien twil naf l-ispirtu reliġjuż kbir tagħkom.

Insellem lil dawk li kien impossibbli jiġu minkejja x-xewqa kbira tagħhom. Nittama li lilhom tkun tistà tilħaqhom il-vuċi tiegħi almenu permezz tar-radju.

Irrid li nistà nsellmilkom wieħed wieħed, imma intom tifhmu li huwa għal kollox impossibbli, Tafu almenu, u dan irrid ngħidu lil kull wieħed b’mod speċjali, li l-Papa għandu rispett enormi lejkom, jaf u japprezza dak li tagħmlu, iħobbkom bħala wliedu veri, huwa kuntent b’din il-laqgħa.

2. U għaliex; din il-laqgħa mal-ħaddiema tal-art tal-Grigal? L-ewwelnett għaliex għandhom importanza enormi fis-soċjetà Brażiljana ta’ jiemna, u jimmeritaw kelma ta’ stimolu u nkoraġġiment minn dak li rċieva l-missjoni ta’ ragħaj universali tal-Knisja.  Imbagħad, għaliex huma jiffaċċjaw sitwazzjonijiet partikolarment dolorużi ta’ emarġinazzjoni – miżerja, faqar,  malnutrizzjoni, nuqqas ta’ saħħa, analfabetiżmu, insikurezza – u jinħtieġu dik il-kelma ta’ konfort, ta’ tama u ta’ orjentazzjoni  li missier għandu d-dmir li jagħti b’mod partikolari lill-ulied l-iktar abbandunati u l-iktar ittestjati mill-ħajja. Ma nistax ngħaddi għal għonq il-Brażil mingħajr ma ngħaddi kelma lilhom.

3. Ma hu sigriet għal ħadd li d-dinja hija għaddejja minn siegħa diffiċli tal-istorja tagħha. Problemi gravi qegħdin jolqtu lis-setturi kollha tal-ħajja tal-popli u tan-nazzjonijiet u, b’mod partikolari, is-settur agrikolu. Bħal ma kelli ċans ngħid fl-okkażjoni tal-vista tiegħi fis-sedja  tal-organizzazzjoni tal-ġnus magħquda għall-alimentazzjoni u l-agrikoltura, is-settur agrikolu huwa settur “miżmum” iżżejjed fit-tarf tal-progress tal-livelli tal-ħajja, settur milqut b’mod partikolarment doloruż mill-bidla soċjo-lulturali rapida u  profonda ta’ żmienna. Dan jenfasizza l-inġustizzji miruta mill-passat; jiddistabilizza bnedmin, familji u soċjetajiet, jakkumula l-frustrazzjonijiet u jikkostrinġi għal emarġinazzjonijiet spiss massiċċi u kaotiċi” (Ġwanni Pawlu II, Allocutio ad Legatos “Fao”, 2, die 12 nov. 1979: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II,2 [1979] 1134).

Insegwi b’interess infinit l-isforzi konverġenti tal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba u ma ħallejt taħrabli ebda okkażjoni li nsostnihom bit-talb, bil-kelma, bl-impenn tiegħi personali, bit-tama li wkoll fl-isfera tal-agrikoltura dawn l-isforzi jaslu għall-aħjar soluzzjonijiet fir-rigward tal-ġid personali ta’ kull bniedem, bir-rispett tal-esiġenzi tal-ġid komuni.

Il-konsiderazzjonijiet li issa se nagħmel fil-kwadru ta’ din il-laqgħa tagħna huma ddettati minn skop wieħed: waqt li nitlaq mill-missjoni propja tal-Knisja u tal-funzjoni li tistenniha, nirrifletti sa fejn hu possibbli fid-dawl tal-maġisteru ta’ din l-istess Knisja fil-kamp soċjali u hekk ngħin biex hekk “tikkonsolida l-komunità tal-bnedmin skont il-liġi divina” (cf. Gaudium et Spes, 42). B’dan il-mod, bil-qawwa tal-Ispirtu, li hija l-unika li biha jiddisponi, b’rispett sħiħ tal-awtonomija tal-qasam temporali imma kuxjenti tar-reponsabiltajiet tagħha, il-Knisja feħsiebha tirtira meta tkun trid tassikura li il-“ħajja umana ssir dejjem iktar umana”, u li tifforma l-kuxjenzi “sabiex dak kollu li jikkomponi din il-ħajja jwieġeb għall-vera dinjità tal-bniedem”  (Ġwanni Pawlu II, Redemptor Hominis, 14).

4. Riflessjoni serja u serena dwar il-bniedem u dwar il-konvivenza umana fis-soċjetà illuminata u msaħħa mill-kelma ta’ Alla u mit-tagħlim tal-Knisja sa mill-ewwel jiem tagħha, tgħidilna li d-dinja hija don ta’ Alla. Don li huwa jagħti lill-esseri umani kollha, irġiel u nisa, li huwa jrid magħqudin f’familja waħda u f’rapport ma’ xulxin fi spirtu fratern (Gaudium et Spes, 24). Għalhekk mhux leċitu, għaliex mhuwiex skont il-pjan ta’ Alla,  li tmexxi dan id-don b’mod tali li l-benefiċċji tiegħu jkunu ta’ vantaġġ biss ta’ xi wħud, waqt li jħalli barra lill-oħrajn, il-maġġoranza mmensa. Iktar gravi minn hekk huwa l-iżbilanċ u iktar deżolata l-inġustizzja inerenti miegħu, meta din il-maġġoranza mmensa tara ruħha kkundannata propju minħabba dan għal sitwazzjoni ta’ skarsità, ta’ faqar u ta’ emarġinazzjoni.

L-istess diritt ta’ proprjetà, fih innifsu leġittmu, għandu, f’viżjoni nisranija tad-dinja, jwettaq il-funzjoni tiegħu u josserva l-iskop soċjali tiegħu (cf. Ġwanni Pawluo II, Allocutio ad “Indios”, quos dicunt, in pago “Cuilapàn”, die 29 ian. 1979: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II [1979] 240-244). Hekk, fl-użu tal-ġid possedut, id-destinazzjoni ġernerali li Alla tahom u l-esiġenzi tal-ġid komuni jegħlbu l-vantaġġi, il-kumditajiet u, kultant, ukoll lin-neċessitajiet mhux primarji ta’ oriġini privata. Dan huwa wkoll veru – bħal ma diġa kelli okkażjoni ngħid – meta wieħed jitkellem dwar id-dinja rurali u dwar l-isfruttament tal-art, ladarba l-art kienet imqiegħda minn Alla għad-dispożizzjoni tal-bniedem. Fl-ewwel kapitlu tal-Ġenesi (it-test li għadna kemm smajna) Alla jgħid: “Ippossessaw l-art…,  nagħtikom kull ħaxixa li tagħmel iż-żerriegħa… u kull siġra li fiha huwa l-frott, li jipproduċi żerriegħa: dawn ikunu l-ikel tagħkom” (Ġen 1,29). L-art hija tal-bniedem għaliex il-bniedem Alla afdahielu u, bix-xogħol tiegħu, huwa jiddominaha (cf. Ġen 1,28). Mhuwiex għahekk ammissibbli li fl-iżvilupp ġenerali ta’ soċjetà jitħallew barra mill-veru progress tal-bniedem propju l-irġiel u n-nisa li jgħixu fiż-żona rurali, dawk li huma lesti biex jirrendu l-art produttiva permezz tax-xogħol ta’ jdejhom, u li jinħtieġu l-art biex imantnu l-familja.

Ħmistax-il sena ilu, il-Konċilju Vatikan II – il-Knisja li rrejalizzat dwarha u dwar id-dinja – ipproklamat, waqt li rreferit eżattament għall-problema li tinteressana: “F’ħafna żoni, waqt li nżommu quddiem għajnejna d-diffikultajiet partikulari  tas-settur agrikolu…, dawk  involuti fl-agrikoltura għandhom ikunu sostnuti…sabiex huma ma jibqgħux…f’kondizzjonijiet soċjali ta’ inferjorità” (Gaudium et Spes, 66). U mhux impensabbli li jaraw ruħhom ridotti għal kondizzjonijiet ukoll ferm inqas nobbli.

Effettivament mhuwiex biżżejjed li tiddisponi minn art bl-abbundanza, bħal ma jiġri fil-maħbub Brażil tagħkom; jinħtieġ leġiżlazzjoni ġusta fil-materja agrarja sabiex inkunu nistgħu ngħidu li għandna soċjetà li tikkorrispondi mar-rieda ta’ Alla, inkwantu għall-art u għall-esiġenzi tad-dinjità tal-persuna umana, tal-persuni umani kollha li jgħixu hemm. Hemm bżonn leġiżlazzjoni li tattwa ruħha u sservi għall-ġid tal-bnedmin kollha u mhux biss għall-interessi ta’ minoranzi jew ta’ individwi.

Ukoll hawn għall-abbundanza tal-art u għal leġiżlazzjoni adegwata wieħed irid iżid, iktar mir-rieda tajba, konverżjoni sinċiera tal-bniedem għall-bniedem fil-milja tagħha traxxendenti.

Il-bniedem tal-art jidentifika ruħu max-xogħol tiegħu, mal-art, li minnha jġiegħel joħroġ l-għixien ta’ bosta, ukoll fil-bliet il-kbar. Hemm jgħaddas għeruq profondi, li jimmarkaw b’mod li ma jitħassarx l-eżistenza tiegħu.

Li tifirdu minn l-art li wellditu, li timbuttah lejn esodu inċert, fid-direzzjoni tal-metropoli l-kbar, jew inkella ma tiggarantilux d-drittijiet tiegħu għall-pussess leġittimu tal-art ifisser li tkun tiksirlu d-drittijiet tiegħu ta’ bniedem u ta’ bin Alla. Ifisser l-introduzzjoni ta’ skwilibriju perikoluż fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-iżvilupp integrali mkejjel u uman jimplika li dejjem tiggarantixxi fl-istess daqs il-kondizzjonijiet kemm tal-progress tekniku u ndustrijali ta’ nazzjon kif ukoll attenzjoni prijoritarja lejn il-kustjonijiet agrikoli, hekk indispensabbli f’jiemna, fl-isfera ta’ soċjetà indipendenti, armonjuża u ġusta. F’dan l-aspetta nillimita ruħi li nfakkar l-attrnzjoni għad-direttivi maħruġin mill-predeċessur tiegħi Ġwanni XXIII, fl-enċiklika “Mater et Magistra”. “Lejn fejn sejjer?” – Għamilt din il-mistoqsija fid-diversi stadji tal-vjaġġ apostoliku tiegħi fil-Brażil. Irrid intenniha hawn, għalikom u magħkom, għal-dawk kollha li għandhom b’xi mod parti ta’ responsabiltà fid-dinja rurali u għall-ġid komuni. “Lejn fejn sejjer?”.

Jalla t-tweġiba tkun atteġġjament kuraġġuż, sod, ispirat għall-iktar valuri nsara puri fid-difiża tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-bniedem tal-għalqa, ukoll hu assoċjat fil-ħajja u fil-kostruzzjoni ta’ soċjetà kuljum iktar ġusta u għalhekk iktar umana.

Fil-ħsieb tal-Knisja, li tqis li l-organizzazzjoni soċjali hija għas-servizz tal-bniedem u mhux bil-maqlub, huwa prinċipju fundamentali. Dan il-prinċipju jgħodd għal kulħadd u dejjem. Jgħodd prinċipalment għal dawk li rċivew mis-soċjetà il-mandat li jiggarantixxu il-ġid ta’ kulħadd. L-inizjattivi li huma jieħdu, fir-rigward tas-settur agrikolu, għandhom ikunu inizjattivi favur il-bniedem, kemm fuq il-pjan leġisliattiv, kif ukoll fil-qasam ġudizzjarju, kif ukoll f’dak tas-salvagwardja tad-drittijiet tac-ċittadini. Sitwazzjoni li fiha l-popolazzjoni, ukoll dik taż-żona rurali, tara  li d-dinjità umana tagħha mhix rrispettata, iġġib rovina, għaliex tħalli l-kamp miftuħ għal inizjattivi oħra, ispirati mill mibegħda u mill-vjolenza.

5. Il-ħaddiema tal-art, bħall-ħaddiema ta’ kwalunkwè fergħa oħra tal-produzzjoni, huma u għandhom jibqgħu dejjem, għall-għajnejn propji u għall-għajnejn tal-oħrajn, konċettwalment u prattikament, qabel kollox persuni umani: għandhom ikollhom il-possibiltà li jwettqu l-potenzjalitajiet kontenuti fl-esseri tagħhom, il-possibiltajiet li “jkunu iktar” bniedem u, fl-istess ħin, li jiġu ttrattati f’konformità mad-dinjità umana tagħhom.

Billi “ix-xogħol għall-bniedem, u mhux il-bniedem għax-xogħol”, hija esiġenza fundamentali u pjenament rispettuża mid-dinjità tiegħu, li l-bniedem jistà jikseb mill-istess xogħol il-mezzi meħtieġa u suffiċjenti biex jiffaċċja b’mod dekoruż ir-responsabiltajiet tiegħu familjari u soċjali.

Qatt il-bniedem ma hu sempliċi “strument” ta’ produzzjoni.

Hekk, fi ħdan komunità politika nfisha ordnata sewwa, ġustizzja u umanità ma jitħalltux linqas ma jirrikonċiljaw “b’ċertu abbuż tal-libertà min-naħa ta’ xi wħud, abbuż marbut appuntu ma’ atteġġjament konsumistiku mhux ikkontrollat mill-etika, inkwantu jillimita b’mod kontemporanju l-libertà tal-oħrajn, jiġifieri ta’ dawk li jsofru defiċjenzi rilevanti u jaraw lilhom infushom imbuttati għal kondizzjonijiet ta’ miżerja u faqar estrem” (cf. Ġwanni Pawlu II, Redemptor Hominis, 16), f’verżjoni ġganteska tal-parabbola bibblika tal-Għani u tal-fqir Lażżru (cf. Lq 16,19-31).

F’din il-parabbola, Kristu ma jikkundannax lill-għani għaliex huwa għani,  jew inkella għaliex jilbes b’lussu.

Huwa b’mod qawwi jikkundanna lill-għani li ma jagħtix każ tas-sitwazzjoni ta’ faqar estrem tal-imsejken Lażżru, li jixtieq biss li jmantni lilu nnifsu bil-frak li jaqà mill-mejda tal-festa. Kristu ma jikkundannax il-pussess sempliċi tal-ġid materjali. Imma kliemu l-iktar iebes jindirizza ruħu lejn dawk li jużaw l-għana tagħhom b’mod egoistiku, mingħajr ma jħabblu rashom mill-proxxmu, li jonqsu dak li huwa meħtieġ.

B’dan il-kliem, Kristu jqiegħed lilu nnifsu fuq in-naħa tad-dinjità umana, fuq in-naħa ta’ dawk li d-dinjità tagħhom mhix irrispettata, fuq in-naħa tal-foqra. “Imberkin il-foqra tal-ispirtu, għaliex tagħhom is-saltna tas-smewwiet” (Mt 5,3). Iva, imberkin il-foqra, il-foqra tal-ġid materjali li madankollu jikkonservaw id-dinjità tagħhom ta’ bnedmin. Imberkin il-foqra, dawk li, minħabba Kristu, għandhom sensibiltà speċjali għal ħuthom li jinsabu fil-bżonn: għall-proxxmu tagħhom li huwa vittma ta’ inġustizzji: għall-ġar tagħhom li jbati tant tiċħid, inkluż il-ġuħ, in-nuqqas tax-xogħol jew l-impossibiltà li jeduka b’mod denn lil uliedu. Imberkin il-foqra, dawk li jafu jiddistakkaw ruħhom mill-ġid tagħhom u mill-poteri tiegħu, biex ipoġġu lilhom infushom għas-servizz ta’ dawk fil-bżonn,, biex jimpenjaw ruħhom fit-tiftix ta’ ordni soċjali ġust, biex jippromwovu dak it-tibdil ta’ atteġġjamenti li huwa meħtieġ sabiex l-emarġinati jkunu jistgħiu jsibu post mal-mejda tal-familja umana.

Għal dak li jirrigwarda l-ġid tal-ewwel bżonnijiet – nutriment, ilbies, dar, assistenza medika-soċjali, istruzzjoni bażika, formazzjoni professjonali, mezzi ta’ transport, informazzjoni, possibiltà ta’ żvog, ħajja reliġjuża – , jinħtieġ li ma jkunx hemm strati soċjali privileġġjati. Li bejn l-ambjenti urbani u l-ambjenti rurali ma jivverifikawx ruħhom diżugwaljanzi sensazzjonali u meta dawn jidhru, ikun hemm applikazzjoni immedjata tal-mezzi adegwati sabiex ikunu eliminati jew imnaqqsa safejn ikun possibbli.  F’dan kulħadd u kull wieħed għandhom iħossuhom impenjati: persuni, gruppi speċjali u poteri pubbliċi fil-livelli kollha.

6. Għall-ħaddiema tal-art, bħal ma għall-ħaddiema l-oħra, ma jistax ikun miċħud, taħt ebda skuża, id-dritt tas-sehem u ta’ komunjoni, b’sens ta’ responsabiltà, fil-ħajja tal-impriżi u fl-organizzazzjonijiet iddestinati biex jiddefenixxu u jissalvagwardjaw l-interessi tagħhom u wkoll fil-mixja diffiċli u perikoluża lejn il-bidla indispensabbli tal-istrutturi tal-ħajja ekonomika, dejjem favur il-bniedem.

Tali preżenza attiva tal-ħaddiema f’dawn id-diversi livelli tas-soċjetà, li torbothom magħha l-attività tagħhom, tassumi dejjem ekonomija għas-servizz tal-bniedem, bil-verità kollha tal-esseri tiegħu personali. U hekk, biex jegħleb kuntrasti li jqumu kull darba li titħallat il-libertà mal-istint ta’ interess individwali u kollettiv, jew inkella mal-istint ta’ ġlied u ta’ dominju, ikunu xi jkunu l-kuluri idejoloġiċi li jippoloriżżawhom, sabiex dan is-sehem tal-ħaddiema jkun effikaċi u kustruttiv, timponi ruħha konverżjoni prijoritarja tal-menti, tar-ridiet u  tal-qlub: il-konverżjoni tal-bniedem, għall-verità tal-bniedem.  Tagħraf u taċċetta l-verità hija l-kondizzjoni fundamentali tal-libertà: “Agħrfu l-verità u l-verità teħliskom” (Ġw 8,32).

7. Fil-lingwaġġ tal-Bibbja l-ħsieb ta’ Alla rigward ir-relazzjoni bniedem-art jesprimi ruħu f’dawn it-termini: “Il-Mulej Alla qabad il-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Għeden, sabiex jikkultivah u jgħassu” (Ġen 2,15). F’silta oħra naqraw li lill-ewwel koppja umana qalilha: “…Imlew l-art; rażżnu u ddominaw” il-ħolqien (cf. Ġen 1,28).

Issa, “iddomina”, “ikkoltiva” l-art għandu jkun il-prinċipju dejjem osservat mill-bnedmin kollha fl-amministrazzjoni ta’ dan id-don ta’ Alla: il-prinċipju li jiddetta l-linja ta’ ażżjoni assolutament obbligatorja għal dawk kollha li huma responsabbli u interessati għall-problema tal-art: persuni investiti b’poteri pubbliċi, tekniċi, imprendituri u ħaddiema.

Jiġri, iżda, li, “il-bniedem donnu spiss ma jagħrafx sinifikati oħra tal-ambjent naturali tiegħu, imma biss dawk li jservu għall-iskopijiet ta’ użu u konsum immedjat. Iżda, kienet rieda tal-Ħallieq li l-bniedem jikkomunika man-natura bħala “sid” u “għassies” intelliġenti u nobbli, u mhux bħala “sfruttatur” u “qerried” bla ebda rispettt” (Ġwanni Pawlu II, Redemptor Hominis, 15).

Quddiem ir-riżorsi immensi u għas-sbuħijiet meraviljużi ta’ dan in-nazzjon kbir, titwieled spontanja l-karba tar-ruħ: ikkultivaw u salvaw il-maħbub Brażil tagħkom! Sfruttaw u ddominaw dan il-ġid, aġħmlu mod li dan jirrendi iktar favur il-bniedem, il-bniedem tallum u ta’ għada. Hawn, inkwantu għall-użu tad-don ta’ Alla li huwa l-art, hemm bżonn li naħsbu ħafna għall-ġenerazzjonijiet futuri, hemm bżonn inħallsu t-tribut tal-awsterità biex ma niddebulixxux, jew innaqqsu jew, iktar agħar, nirrendu nsapportabbli il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri. Dan jesiġuh il-ġustizzja u l-umanità.

8. Kelma tal-aħħar, speċjalment għal dawk li, meta jaħdmu, għandhom il-ferħ li qegħdin jimxu fid-dawl ta’ Kristu. Ix-xogħol huwa fattur ta’ produzzjoni, qawwi b’ġid ekonomiku, mezz biex dak li jkun jaqlà l-għixien, eċċ… Imma dan għandu jkun ikkonċeput u migħux ukoll bħala dmir, bħala mħabba, bħala sors ta’ unur u bħala talb.

Dan jgħodd għall-ħaddiema kollha, naturalment, imma b’mod speċjali għalikom, ħaddiema tal-art. Intom imsejħa biex tirrendu servizz lill-bnedmin-aħwa, f’kuntatt man-natura, waqt li tikkollaboraw b’mod dirett ma’ Alla, ħallieq u missier, sabiex din il-pjaneta tagħna – id-dinja – tkun dejjem iktar konformi mal-pjanijiet tiegħu, l-ambjent mixtieq għall-forom kollha tal-ħajja: il-ħajja tal-pjanti, il-ħajja tal-annimali u, speċjalment, il-ħajja tal-bnedmin. Araw, “tal-Mulej hija l-art u dak kollu ta’ ġo fiha, l-univers u l-abitanti tiegħu” (Sal 23,1). Nagħmlu dak kollu li hemm fil-possibiltajiet tagħna, bħala “l-għassiesa intelliġenti u nobbli tiegħu”, sabiex dejjem, waqt li nservu lill-bniedem, lil Alla “tbaxxi lilha nfisha l-art kollha, [lilu] tkanta innijiet, tkanta lill-isem [tiegħu]” (Sal 65,4).

Kellimtkom bil-qalb miftuħa, konxju li l-Knisja, fidila lejn Sidha, taf li għandha tinfetaħ għar-rejaltajiet umani, tinterpretahom fid-dawl tal-Vanġelu, u timpenahom bil-Vanġelu, waqt li tfittex li twassal lill-bnedmin biex jimmodifikaw – meta hekk ikun il-każ – il-kriterji tal-ħaqq, il-valuri determinant, il-punti ta’ interess, il-linji tal-ħsieb, is-sorsi ispiratorji u l-mudelli tal-ħajja, li juru ruħhom f’kuntrast mal-pjanijiet ta’ Alla (cf. Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi, 19).

9. Huwa magħruf li f’dan il-pajjiż qegħdin jistudjaw u jqiegħdu fil-prattika inizjattivi ta’ sinifikat kbir għas-settur agrikolu. Nittamaw li umaneżmu nisrani dejjem idawwalhom: sens veru tal-bniedem. Dan il-bniedem huwa kull wieħed minnkom u kull wieħed minn dawk li intom hawnhekk tirrapreżentaw, bid-dinjità tiegħu ta’ persuna u ta’ iben ta’ Alla. Huwa meħtieġ li naġixxu bi prontezza u profondità biex niffaċċjaw sitwazzjoni li dwarha jitkellem l-iskiet tagħkom b’ħafna elokwenza. La tippermettu qatt li tkun umiljata d-dinjità morali u reliġjuża tagħkom bl-aċċettazzjoni ta’ sentimenti bħall-mibegħda u x-xewqa tal-vjolenza. Ħobbu l-paċi! Għollu għajnejkom lejn Missierkom u Mulej ta’ kulħadd: huwa hu li lil kull wieħed minkom se jtih il-premju ta’ dak li hu u jagħmel.

Għalikom u magħkom, għeżież ħuti ħaddiema tal-art, f’isimkom u f’isem Alla, jiena nitlob għal ħutna l-oħrajn kollha: infittxu l-kollaborazzjoni u  l-armonija: ir- responsabbli u l-interessati kollha fil-ġid ta’ kull bniedem –  poteri pubbliċi fil-livell nazzjonali, statali u lokali, gruppi, organizzazzjonijiet u l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, bil-kontribut speċifiku tal-Knisja fit-twettiq tal-missjoni tagħha – ifittxu u japplikaw il-miżuri reali, adegwati u effikaċi, biex jissodisfaw id-drittijiet tal-bniedem tal-kampanja, biex jgħinuh. F’dan, min l-iktar jippossiedi, iktar għandu jħoss ruħu obbligat li jikkopera.

Aħna l-familja ta’ wlied Alla. Bħala wieħed mill-aħwa irrid ngħidilkom, maħbubin ħaddiema tal-art tal-Brażil, li intom prezzjużi ħafna. Ikkonservaw ir-rikkezzi umani u reliġjużi tagħkom: l-imħabba tal-familja, is-sens tal-ħbiberija u tal-lealtà, is-solidarjetà ma’ dawk l-iktar fil-bżonn fostkom. Ir-rispett tal-liġijiet u ta’ dak kollu li fil-koeżistenza ċivili huwa leġittimu, l-imħabba tlejn l-armonija tajba u lejn il-paċi, il-fiduċja f’Alla u l-ftuħ għas-soprannaturali, id-devozzjoni lejn il-Madonna, eċċ… Għall-interċessjoni tagħha, tal-Madonna, hawn quddiem l-immaġni meqjuma tagħha li tippreżenta ruħha taħt it-titlu tant għażiż għalikom – il-Madonna tal-Karmelu – nitlob lil Alla li jassistikom, isabbarkom u jgħinkom ilkoll. Amen.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.