Il-Papa Franġisku: “l-valuri tal-isport li nħobb huma l-fidwa u spirtu ta’ tim.
Li tkun tim huwa essenzjali fil-loġika tal-isport. Anke fil-ħajja ta’ kuljum. “Huwa veru: ħadd ma jsalva lilu nnifsu. U bħala persuna li nemmen, nixhed li l-fidi mhix monologu, iżda djalogu, konversazzjoni. Li nista’ ngħid, billi nuża metafora sportiva, li nistgħu nsalvaw biss bħala tim”. Dan huwa l-kliem tal-Papa Franġisku, f’intervista li ta lil ‘La Gazzetta dello Sport’. Il-Papa, li dejjem kien viċin l-atleti u temi sportivi, wieġeb madwar tletin mistoqsija.
“L-isport għandu din is-sbuħija: li kollox jaħdem meta jkollok tim, bħalma hi l-kamra tal-kontrol” – osserva l-Papa Franġisku. Huwa jxebbaħ l-isports tat-tim ma’ orkestra: kull wieħed jagħti l-aħjar tiegħu taħt id-direzzjoni għaqlija tas-Surmast tal-orkestra. “Jew nilgħabu flimkien, jew nirriskjaw li nfallu”. “Dan huwa l-fatt kif gruppi żgħar, imma kapaċi jibqgħu flimkien, jirnexxielhom jegħlbu gruppi oħra ikbar li ma jikkollaborawx flimkien. Hemm qawl Afrikan li jgħid: li jekk tim ta’ nemel jaslu għal ftehim, huma kapaċi jmexxu iljunfant. Dan ma jaħdimx biss fl-isport”.
L-isport, jikkonferma l-Papa, huwa wkoll fidwa: “Iva, fil-fatt mhux biżżejjed li toħlom is-suċċess, trid tqum u taħdem ħafna. Huwa għalhekk li l-isport huwa mimli b’nies, li bl-għaraq ta’ xbinhom, jegħlbu lil dawk li twieldu b’talent f’buthom. Il-ġuħ veru, huwa l-iktar motivazzjoni formidabbli għall-qalb: uri lid-dinja li int tiswa, u aħtaf l-unika opportunità li jagħtuk u ilgħabha. Dawn huma nies li ma jridux jisimgħu dan, imma jridu jaraw b’għajnejhom stess. Għal din ir-raġuni, ċertu rebħiet iwasslu għall-emozzjoni.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2021/1/2/papa-francesco-a-la-gazzetta-dello-sport-riscatto-e-spirito-di-gruppo-i-valori-dello-sport-che-amo/