Messaġġ mill-mexxejja reliġjużi Irlandiżi

Print Friendly, PDF & Email

Fil-messaġġ tagħhom għall-ewwel jum tas-sena, il-mexxejja reliġjużi Irlandiżi semmew kif il—Covid-19 u l-Brexit ifakkru fir-rabta li lkoll għandna bejnietna.

 Semmew kif il-pandemija serviet sabiex tfakkarna fir-rabta li hemm bejnietna bħala essri umani.  L-erba’ mexxejja tad-denominazzjonijiet Insara ewlenin flimkien mal-president tal-Kunsill Irlandiż tal-Knejjes tkellmu dwar dak li sejħulu ‘ir-rispons kollettiv’ għall-kriżi minn membri u entitajiet tas-soċjeta’, inklużi l-istess Knejjes, li ‘jfakkru li kulħadd jista’ jgawdi minn ħaddieħor’. Semmew ukoll iċ-ċentenarju mill-indipendenza tal-Irlanda li seħħet fis-sena 1921.

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d