Tibdil fir-rit ta’ rmied għal Ras ir-Randan


Kull sena l-Papa jmur fil-Bażilika ta’ Santa Sabina f’Ruma stess għall-Quddiesa ta’ Ras ir-Randan.  Għadu jrid jiġi kkonfermat jekk il-Papa hux se jżomm din it-tradizzjoni din is-sena. Li huwa ċert hu li l-Papa se jiċċelebra r-rit b’mod differenti.  Il-Vatikan ippubblika nota bi struzzjonijiet dwar ir-rit tar-rmied matul il-pandemija.

Din is-sena, ir-rit se jkollu żewġ bidliet sinifikanti. L-ewwelnett, is-saċerdot se jindirizza lil dawk preżenti darba biss meta jgħid: ‘Frakar li trab kont u trab ser terġa’ ssir’ jew frażi simili.  Tradizzjonalment, iċ-ċelebrant kien jirripeti din il-frażi għal kull persuna.  It-tieni, is-saċerdot mhux se jqiegħed irmied fuq il-ġbin imma se jħalli l-irmied jaqa’ fuq ras il-persuni mingħajr ma jgħid xejn. In-nota ssemmi xi miżuri oħra neċessarji bħall-użu tal-maskri u l-ħasil tal-idejn bis-sanitizer. 

https://www.romereports.com/en/2021/01/12/vatican-adapts-ash-wednesday-rite-to-pandemic-measures/

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.