Permezz tal-Pope’s Worldwide Prayer Network, Papa Franġisku talab lill-Kattoliċi sabiex jitolbu għall-fraternita’ matul ix-xahar ta’ Jannar ‘sabiex il-Mulej jagħtina l-grazzja li ngħixu f’għaqda sħiħa ma’ ħutna ta’ reliġjonijiet oħra u mhux kontra xulxin u li nkunu miftuħa għal xulxin’. (ara t-talba)
Papa Franġisku għamel sejħa sabiex ‘meta nitolbu lil Alla fuq l-eżempju ta’ Ġesu’, ningħaqdu flimkien bħala aħwa ma’ dawk li jitolbu għal kulturi oħra, tradizzjonijiet oħra u twemmin ieħor. Aħna lkoll aħwa li nitolbu’. ‘Il-fraternita’ tmexxina sabiex ninfetħu għall-Missier u naraw aħwa f’xulxin sabiex ngħixu biex nissapportjaw lil xulxin, inħobbu lil xulxin u nsiru nafu lil xulxin’ kompla jgħid il-Papa. Hu jispjega li ‘l-Knisja taprezza l-azzjoni ta’ Alla f’reliġjonijiet oħra mingħajr ma tinsa li għalina l-Insara, l-għajn ta’ kull dinjita’ umana u fraternita’ tinsab f’Ġesu’ Kristu’.
Rapport għal-Laikos minn Fr Georggrey G. Attard