Il-Patrijarka Maronita tal-Libanu stqarr li l-pajjiż jiġifieri l-Libanu jista’ jkun li qed jiffaċja ‘ir-riskju ta’ kollass totali’ u dan minħabba kriżi ekonomika u politika.
Fl-omelija tiegħu tat-3 ta’ Jannar, il-Kardinal Bechara Boutros Rai, mexxej tal-Maroniti Kattoliċi tal-Libanu, stqarr li l-mexxejja politiċi tal-Libanu jeħtieġu ‘li jirbħu l-loġika tal-interessi partiġġjani’ u jiffurmaw gvern li jsalva l-pajjiż.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard